L-ONOR JASON AZZOPARDI, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ERARJI PUBBLIĊI U ARTIJIET, INIEDI SERVIZZ TA' FREEPHONE 1577, BIEX JIĠI RRAPPURTAT L-ABBUŻ TA' PROPRJETA' PUBBLIKA
PR1940
09/12/2008
| Illum ġie varat is-servizz ta’ Freephone 1577, | biex in-nies tkun tista’ tirrapporta l-abbuż ta’ art jew proprjeta’ pubblika. Dan huwa pass ieħor fil-proġett li nieda id-Dipartiment tal-Artijiet f’April li għadda bl-ewwel azzjonijiet ta’ infurzar – azzjonijiet maħsuba biex tingħata lura l-art pubblika lill-pubbliku. |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Erarji | Pubbliċi u Artijiet, l-Onor Jason Azzopardi, waqt konferenza stampa fil-Berġa tal-Baviera, is-sit amministrattiv tad-Diviżjoni Proprjeta’ tal-Gvern (GPD). |
| Fl-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari qal | illi sa mill-bidu tas-sena, il-GPD għamlet iktar minn 160 azzjoni ta’ infurzar, illi 44 minnhom kienu fuq imwejjed u siġġijiet maħruga fuq art pubblika mingħajr il-permess ta’ sid l-art. L-oġġetti meħuda mill-uffiċjali tal-GPD, għax kienu qed jingumbraw spazji pubbliċi, jammontaw għal iktar minn elf u erbgħin. |
| Dr Azzopardi qal illi il-Freephone 1577 | huwa għodda ġdida f’idejn il-pubbliku biex jingħaqad iktar minn qabel mal-awtoritajiet governattivi f’dan il-proġett nazzjonali. Permezz tal-Freephone 1577, il-pubbliku jkun jista’ jħalli rapport mal-istaff tal-GPD, li ser jieħu d-dettalji tal-każ partikolari, illi jiġu investigati mid-Dipartiment tal-Artijiet. |
Dr Azzopardi qal ukoll illi dan is-servizz ta’ freephone ser ikun akkumpanjat ukoll minn webpage magħmula apposta biex il-pubbliku jkun jista’ jirreferu għaliha f’każ ta’ diffikulta’. F’din il-webpage illi tista’ faċilment tiġi aċċessata permezz tal-url iddedikat www.1577.gov.mt, il-pubbliku jista’ jsib informazzjoni utli fuq kif jista’ jintuża dan is-servizz tal-freephone.
Is-servizz tal-freephone huwa servizz bla ħlas, u huwa miftuħ għall-użu tal-pubbliku erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984