Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU SE JILTAQA’ MAL-PRIM MINISTRI TAR-REPUBBLIKA ĊEKA U TAL-BELGJU U MAL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA

PR1939
Date Icon 09/12/2008
Matul din il-ġimgħa l-Prim Ministru LawrenceGonzi se jkun fuq żjara uffiċjali fir-Repubblika Ċeka, fejn ser jiltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka Mirek Topolanek fi Praga. Se jattendi wkoll għal-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvernijiet tal-Unjoni Ewropea fi Brussell fejn, f’laqgħat separati, ser jiltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru tal-Belġju Yves Leterme u mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso.
Il-Prim Ministru ħalla Malta dalgħodu lejn Pragafejn illum se jiltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka għal taħdidiet dwar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
L-Erbgħa filgħodu l-Prim Ministru se jindirizzaBusiness Breakfast fi Praga.  Wara nofsinhar, il-Prim Ministru Malti jħalli Praga għall-Belġju fejn se jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Belġju u immedjatament wara mal-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Ħamis u l-Ġimgħa l-Prim Ministru se jattendil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Id-delegazzjoni Maltija tinkludi wkoll lill-ViċiPrim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Tonio Borg u lir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea Richard Cachia Caruana.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nharil-Ġimgħa filgħaxija.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow