Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI DWAR IL-MAJJAL TA’ PRODUZZJONI FRISK LOKALI - Il-majjal Malti huwa frisk u ġenwin u ma fih l-ebda biża’ jew riskju ta’ kimika mgħarufa bħala diossina.

PR1937
Date Icon 08/12/2008
Il-majjalMalti huwa frisk u ġenwin u ma fih l-ebda biża’ jew riskju ta’ kimika mgħarufa bħala diossina.
Il-publikugħandu jkun avzat li l-majjal Malti huwa frisk u ġenwin u li ma fih l-ebda biża’ jew riskju ta’ kimika mgħarufa bħala diossina. F’Malta jsiru testijiet regolari skond normi u standards Ewropej fuq il-majjal magħmul mil-Laboratorju Nazzjonali għas-Servizzi Veterinarji, fl-aħħar ‘annual national residue control plan’ jingħad li ma nstabet l-ebda kimika ta’ dan it-tip fil-majjal frisk lokali. Dan ir-rapport kien evalwat u approvat mill-Unjoni Ewropea.
Id-Divizjonitas-Servizzi Veterinarji u Kontroll tas-Sajd fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali qed isegwi mil-qrib is-sitwazzjoni fl-Irlanda fejn ġew irtirati mis-suq kull prodott tal-majjal li ġie prodott minn Settembru fosthom bacon, perżut u zalzett, fost oħrajn wara li nstabu traċċi ta’ diossina fil-majjal prodott f’dak il-pajjiż.
Id-Divizjoni għas-ServizziVeterinarji u Kontroll tas-Sajd fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali tinsab infurmata li mill-ewwel ta’ Settembru 2008 ‘lil hawn ma ġiex impurtat majjal mil-Irlanda. F’pajjiżna, ħaddiema tad-divizjoni għas-Servizzi Veterinarji u Kontroll tas-Sajd, flimkien mal-produtturi tal-majjal, b’mod kontinwu għaddejin bix-xogħol siewi tagħhom sabiex jiżguraw li l-prodott frisk lokali jibqa jkun ta’ livell għoli u bnin għas-saħħa tal-bniedem.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow