Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI, JINDIRIZZA Ċ-ĊERIMONJA TAL-PREŻENTAZZJONI TAL-AWARDS SPORTIVI GĦAS-SENA 2008 TAL-KUMITAT OLIMPIKU MALTI.

PR1936
Date Icon 08/12/2008
“Is-sena d-dieħla ser inkunu qed inniedu l-iskematwenty twenty, biex dawk l-atleti li jaħdmu mal-Gvern igawdu sa massimu ta’ 20 siegħa leave kull ġimgħa bi ħlas, biex jattendu għas-sessjonijiet ta’ taħrig tagħhom. Fost l-ewwel atleti li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema hemm dawk li ser jirrappreżentaw lill-Malta fil-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Ċipru.”
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħu Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza ċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-awards sportivi għas-sena 2008 organizzata mill-Kumitat Olimpiku Malti.
Is-Segretarju Parlamentari semmawkoll li s-sena d-dieħla ser jiġi inawgurat il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, ser jiġi preżentat brief għall-bini ta’ kumpless sportiv fit-Tramuntana ta’ Malta filwaqt li beda x-xogħol ta’ tkabbir tal-Fitness Centre fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq. Dan il-Fitness Centre jagħmlu użu minnu mitt atleta magħżula mill-Kumitat Olimpiku Malti permezz ta’ memberships mogħtija b’xejn mill-Kunsill Malti għall-Isport. Huwa kompla li dan kollu isir biex tkompli tingħata assistenza lill-atleti fl-impenn tat-taħriġ tagħhom.
Clyde Puli qal li s-sena d-dieħla hija senamimlija ukoll b’attivitajiet internazzjonali għall-atleti Maltin fejn fost l-oħrajn hemm il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li ser jinżammu f’Ċipru. Is-Segretarju Parlamentari kompla li kien fl-1989 f’Ċipru li Malta rebħet il-bid għal-logħob li nżammu għall-ewwel darba f’pajjiżna fl-1993.
Hu qal li dan xpruna lill-Gvern biex jibnifaċilitajiet sportivi ta’ livell fosthom il-korsa ta’ l-atletika tal-Marsa u l-Pixxina Nazzjonali. Kien fl-istess żminijiet li beda jingħata special sports leave with pay lill-impjegati taċ-ċivil involuti f’kompetizzjonijiet internazzjonali barra minn xtutna. Issa wasal iż-żmien li l-inċentivi lill-atleti jkomplu jiżdiedu u għalhekk li ser tidħol fis-seħħ l-iskema twenty twenty.
Fi tmiem id-diskors tiegħu s-SegretarjuParlamentari ppreżenta cheque għall-valur ta’ €79,198 bħala l-aħħar parti mit-total ta’ assistenza finanzjarja li l-Gvern għadda lill-Kumitat Olimpiku Malti għal din is-sena.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow