Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMMUNIKAZZJONI (MITC) - SODISFAZZJON LI L-ATP LESTA TLESTI RUĦHA GĦAL RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU

PR1928
Date Icon 06/12/2008
SODISFAZZJON LIL-ATP LESTA TLESTI RUĦHA GĦAL RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU
Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jinnota b’sodisfazzjon li l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku taqbel mar-riforma proposta mill-Gvern għal dan is-settur. Jinnota wkoll li l-Assoċjazzjoni llum iddisassoċjat ruħha mill-imġieba ta’ wħud mill-membri tagħha li fil-Konferenza Nazzjonali dwar it-Trasport Pubbliku l-bieraħ esprimew xettiċiżmu dwar dak li kien qed jipproponi l-Gvern. Minflok illum l-Assoċjazzjoni qed tgħid li “l-Assoċjazzjoni u l-membri tagħha huma lesti sabiex jimplimentaw flimkien mal-Gvern kull riforma li ggib ... servizz aħjar għall-istess passiġġieri li jużaw it- trasport pubbliku”.
Kif innutat l-Assoċjazzjonistess, il-Gvern ħa nota tal-kummenti li għamlet hi stess fil-proċess ta’ konsultazzjoni li beda f’Lulju li għadda u f’xi każi, fejn l-Assoċjazzjoni kellha raġun, il-Gvern adotta l-pariri tagħha.
Il-Gvern ser ikompli jisma’ dakli għandha x’tgħid l-Assoċjazzjoni fil-laqgħat li jmiss isiru magħha.
Iżda l-Gvern itenni li m’huxf’pożizzjoni li jidħol f’negozjati diretti ma’ l-Assoċjazzjoni dwar kuntratt ta’ servizz ta’ trasport pubbliku. Dan m’hux permissibbli skond il-liġi Ewropea li ma tippermettix li kuntratt tat-trasport pubbliku daqs ta’ Malta jingħata b’ordni diretta lil xi fornitur privat mingħajr ma ssir sejħa għall-offerti.
Il-Gvern allura jippreferijikkonkludi mill-istqarrijja tal-lum li l-Assoċjazzjoni qed tikkunsidra tirriforma lilha nnifisha tant biex hi, jew uħud mill-membri tagħha, jikkompetu biex joffru s-servizzi tagħhom fit-trasport pubbliku ta’ Malta.
Sakemm dan isir skondil-kundizzjonijiet li qed jippjana l-Gvern għal trasport pubbliku li tassew jilħaq l-aspettattivi tal-Maltin u t-turisti, il-Gvern jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni ta’ dawn l-imprendituri Maltin b’esperjenza twila fit-trasport li jibqgħu joffru s-servizz tagħhom anke wara li s-servizz jiġi rriformat.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow