Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT L-ONOR. CLYDE PULI JĦABBAR INIZJATTIVI AMBJENTALI FIL-QASAM SPORTIV

PR1926
Date Icon 06/12/2008
“Il-qasam sportiv għandujikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent u għal dan il-għan il-Kunsill Malti għall-Isport qiegħed jikkumissjona rapporti biex jistabbilixxi miżuri li jnaqqsu l-użu tal-enerġija filwaqt li jsir użu minn enerġija alternattiva fil-kumplessi sportivi mmexija minnu.”
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ uSport Clyde Puli qal dan meta attenda għal attività ta’ tħawwil ta’ siġar fil-kumpless sportiv ta’ Luqa St. Andrews Football Club. Clyde Puli rringrazzja lill-kumpanija Air Malta li bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-35 anniversarju mit-twaqqif tagħha, ħadet l-inizjattiva li tisponsorja t-tħawwil ta’ 220 siġra fil-kumpless.
L-ewwel rapport ikkummissjonat mill-KunsillMalti għall-Isport li mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin hu dwar l-użu tal-enerġija fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq. Barra minn hekk id-dekorazzjonijiet għall-festi mal-faċċata tal-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq din is-sena qed jinxtegħlu permezz ta’ bozoz li jikkonsmaw ftit enerġija filwaqt li parti minnhom qed jinxtegħlu b’sistema photovoltaic fejn qed tiġi użata l-enerġija mix-xemx.
Luqa St.Andrews, se jkunu wkoll qedjintroduċu bring-in-site fil-kumpless tagħhom wara ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u l-Wasteserv. Is-Segretarju Parlamentari ħabbar li għaqdiet sportivi oħra se jkunu qed jingħataw din l-opportunità wkoll.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow