Left arrow Go Back

€ 325 MILJUN LILL-KUNISLLI LOKALI

PR1921
Date Icon 05/12/2008
Dakli ħmistax-il sena ilu kien esperiment, illum sar esperjenza li ghamlet u qed tagħmel differenza fil-lokalitajiet ta’ fejn ngħixu. Il-Prim Ministru qal illi fil-ħmistax-il sena kemm ilhom il-Kunsilli Lokali, il-Gvern investa aktar minn €325 miljun fil-Kunsilli Lokali – dan ifisser investiment fit-titjib tal-lokalitajiet tagħna.
Dan qalu il-Prim Ministru Lawrence Gonzi huwa ujżur lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali.
Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiemakollha li, taħt it-tmexxija tad-Direttur Natalino Attard, qegħdin jagħtu l-impenn tagħhom biex ilaħħqu mal-operat ta’ 68 Kunsill Lokali. Il-Prim Ministru qal illi parti mis-suċċess tal-Kunsilli Lokali hu dovut lejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali.
Id-Dipartiment tal-Gvern Lokali għandu jkunattrezzat biex joffri appoġġ lill-Gvernijiet Lokali biex iwasslu servizz aħjar lir-residenti.  Il-Gvern ser isaħħaħ id-dipartiment biex ikollu l-mezzi kollha disponibbli biex jirregola l-operat tal-Kunsilli Lokali bl-aktar mod effettiv. Jeħtieġ li jagħti l-aqwa sostenn possibbli lill-Kunsilli Lokali fil-ħidma tagħhom billi jagħti l-aħjar taħriġ possibbli lill-Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi u impjegati. Huwa għalhekk li r-riforma tal-Kunsilli Lokali tindirizza r-ristrutturar tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali sabiex tkun f’pożizzjoni aħjar biex tilħaq dawn l-għanijiet.
Il-Prim Ministru semma’ kif issa li wasal fitmiemu l-proċess ta’ konsultazzjoni għar-Riforma fil-Kunsilli Lokali, wasal iz-zmien biex jittieħdu d-deċizjonijiet li hemm bżonn biex din l-esperjenza tiġġedded.
Waħda mill-ideat innovattivi li sabu ruħhom fir-riformatal-Kunsilli Lokali hija l-ħsieb li jinħatar Bord fi ħdan id-Dipartiment tal-Gvern Lokali li jkun responsabbli tal-kodiċi tal-etika mill-Kunsilliera, kif ukoll li janalizza l-ilmenti li jaslu mill-pubbliku dwar in-nuqqasijiet li jista’ jkun hemm fil-Kunsilli Lokali. Il-ħsieb wara din ir-riforma hija li tiżdied il-kontabbiltà u t-trasparenza fl-operat tal-Kunsilli tagħna.
Il-Prim Ministru rrefera għal-laqgħa li kellu mal-Assoċjazzjoni Segretarji Kunsilli Lokali Maltin (ASKLM), fejn saħaq fuq il-bżonn li s-segretarji jkunu kontabbli lejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali, speċjalment f’dak li huwa ż-żamma tar-regolamenti amministrattivi u finanzjarji tal-Kunsilli Lokali. Huwa b’hekk li d-Dipartiment jista’ jaqdi d-dover tiegħu li jirregola l-operat tal-Kunsilli Lokali bl-aktar mod effettiv.  Ir-riforma tal-Kunsilli Lokali għandha direzzjoni waħda:  servizz aħjar lir-residenti, temm jgħid il-Prim Ministru
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow