STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT
PR1920
05/12/2008
| Id-Deċiżjonijiet Tal-Gvern Huma | Responsabbli Fl-Interess Tal-Familji |
| Il-miri finanzjarji tal-Gvern huma importanti u | l-Gvern għadu kommess li jilħaqhom anke għaliex dawn jilagħbu rwol importanti biex jattiraw l-investimenti barranin u lokali u għalhekk aktar xogħol u ġid f’pajjiżna. Madankollu, il-Gvern ma jistax jagħlaq għajnejh quddiem is-sitwazzjoni internazzjonali attwali. Kien għalhekk li ddeċieda li jmexxi lura b’sena l-mira li jilħaq surplus fil-baġit tiegħu, biex din is-sena jkun jista’ jinvesti bil-kbir fi programm wiesa’ ta’ investiment fl-infrastruttura, fi proġetti ambjentali, f’għajnuna għall-industrija, fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll f’miżuri bħat-tnaqqis tal-income tax intiżi biex iħallu aktar flus fil-but tal-Maltin u l-Għawdxin. Fil-proposti tagħha biex tingħata spinta lill-ekonomija Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, saħqet li 1.5% tal-Prodott Domestiku Gross ta’ pajjiż għandu jservi proprju għal dan l-objettiv. L-investiment tal-Gvern Malti jiżboq b’mod konsiderevoli dan l-ammont indikat mill-UE. |
| In-nuqqas ta’ viżjoni u politika | tal-Oppożizzjoni ħarġu biċ-ċar fil-kummenti tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, l-Onorevoli Charles Mangion. Dan għaliex filwaqt li l-Oppożizzjoni għaddejja b’kampanja qalila kontra r-reviżjoni tat-tariffi tad-dawl u l-ilma - fejn qed titlob li l-Gvern ikompli jonfoq aktar biex jissussidja d-dawl u l-ilma kif ukoll biex inaqqas it-taxxi aktar milli fil-fatt diġà għamel - u għaldaqstant b’hekk inkomplu nżidu d-defiċit - issa llum l-Onor. Mangion qed jikkritika ż-żieda fid-defiċit tal-Gvern. |
| L-Oppożizzjoni għadha mitlufa f’argumenti madwar | ċifri u teoriji mingħajr ma tapprezza x’impatt dan jista’ jkollu fuq il-ħajja tal-familji Maltin. Meta wieħed jara x’fatturi wasslu għall-impatt fuq il-ħruġ tal-Gvern fl-ewwel parti tas-sena b’mod partikolari, wieħed jistaqsi jekk forsi l-Oppożizzjoni hix kontra li din is-sena ċ-children’s allowance beda jingħata lil kulħadd; li ngħatat iż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti; u li ngħataw €37 miljun lill-Korporazzjoni Enemalta biex is-surcharge fuq l-elettriku sa Ġunju 2008 tkun tista’ tibqa’ fuq il-livell ta' 50%, u €7.5 miljuni sa Settembru biex is-surcharge ma taqbiżx il-95%. |
| Għal darb’oħra, il-Ministru jisħaq li l-Gvern jibqa’ | kommess mal-miri u l-wegħdiet li għamel fl-isfond tar-realtajiet ekonomiċi u soċjali li qed jgħaddi l-pajjiż minnhom minħabba l-kriżi ekonomika internazzjonali. Għal darb’oħra, il-Gvern ifakkar li, filwaqt li l-Oppożizzjoni għandha l-kumdità li tibqa’ tirrikorri għal għajtiet populisti, il-Gvern għandu r-responsabbiltà li jieħu d-deċiżjonijiet li jagħmlu l-ġid lill-familji tagħna. |
| Rigward l-iżbilanċ meta paragunat ma’ dak | proġettat sal-aħħar tas-sena, il-Ministeru jfakkar li, bħal ma jiġri kull sena, l-infiq fil-maġġoranza tiegħu, s’issa, ikun diġà sar. Bħala eżempju, wieħed jista’ jieħu s-sussidju tal-Enemalta, iċ-children’s allowance u l-bonus tal-pensjonanti, il-kontribuzzjonijiet tal-entijiet u l-imgħaxijiet. Bil-kontra, id-dħul, bħal, pereżempju, minn sorsi barranin fuq infiq li sar diġà (primarjament fondi tal-UE) u mill-income tax (fejn, fl-aħħar xahar tas-sena, mill-kumpaniji u minn min jaħdem għal rasu, jidħol daqs kemm ikun daħal fil-kumplament tas-sena), jidħol fil-maġġoranza tiegħu fl-aħħar perijodu tas-sena. Għalhekk id-defiċit s’issa ma jirriflettix dak li se jispiċċa biex ikun fl-aħħar ta’ Diċembru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984