Left arrow Go Back

IL-MALTIN MAQBUDA FIT-TAJLANDJA LURA LEJN MALTA

PR1913
Date Icon 05/12/2008
Waslu Malta disa’ Maltin li kienunqabdu fit-Tajlandja. Tnejn oħra, flimkien man-nisa Tajlandiżi tagħhom, jinsabu fi triqithom lura lejn Malta. Il-Malti li kien għadu ma sarx kuntatt miegħu jinsab f’Jakarta u se jasal Malta l-ġimgħa id-dieħla.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministrugħall-Affarijiet Barranin Tonio Borg spjega li is-sitwazzjoni f’Bangkok għadha waħda ta’ konfużjoni minkejja li l-ajruporti qed jirritornaw lura għan-normal.
Il-Ministru Tonio Borg irringrazzja lill-Konslugħal Malta fit-Tajlandja, Niphan Benjavilas, u l- ħaddiema li jaħdmu fi ħdan id-Direttorat tal-Protokol għall-ħidma tagħhom fl-aħħar jiem sabiex il-Maltin li kienu fit-Tajlandja matul l-aħħar jiem ingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow