Left arrow Mur Lura

RIFORMA TAL-KUNSILLI LOKALI BIEX JINGĦATA SERVIZZ AĦJAR LIR-RESIDENTI

PR1909
Date Icon 05/12/2008
Il-ħidmatas-Segretarji hi indispensabbli fis-suċċess ta’ Gvern Lokali. Huwa l-kap finanzjarju u amministrattiv u għalhekk ir-riforma fil-Kunsill Lokali hija mmirata li ssaħħaħ id-definizzjoni u l-irwol tas-segretarji fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom.
Danqalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt żjara ta’ korteżija li saret mill-Assoċjazzjoni Segretarji Kunsilli Lokali Maltin (ASKLM).
Il-Gvern jemmen li għandu jkun hemm distinzjoniakbar bejn l-irwol tas-segretarji u ta’ dawk li jiġu eletti miċ-ċittadini bħala kunsilliera. Is-segretarju m’għandux ikun parteċipi fid-deċiżjonijiet ta’ direzzjoni politika tal-Kunsill Lokali, iżda għandu jkollu l-irwol ta’ kap finanzjarju u amministrattiv tal-Kunsill.
Is-segretarju għandu jkollu d-dmir li jassigurali kull minn hu nvolut fil-Kunsill Lokali jimxi skond il-liġijiet u r-regolamenti li jiggvernaw l-operat tagħhom.
Il-Prim Ministru qal li s-segretarji għandhomikunu kontabbli lejn id-Dipartiment tal- Gvern Lokali, u li flimkien għandhom jaħdmu sabiex jassiguraw l-aħjar tmexxija possibbli fil-Kunsilli Lokali. B’hekk is-segretarju għandu jkun responsabbli milli jiġbed l-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali ġaladarba jkun qed isib xkiel fil-qadi ta’ dmirijietu u jew jara kwalunkwe forma ta’ abbuż.
Il-Gverniqis lill-ASKLM bħala sieħeb prinċipali fl-implimentazzjoni tar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Huwa u jitkellem mad-delegazzjoni mmexxija mill-President tal-Assoċjazzjoni, Adrian Mifsud, il-Prim Ministru sostna li r-riforma tal-Kunsilli Lokali hija x-xogħol kollettiv ta’ kull min ta sehmu tul is-sitt xhur ta’ konsultazzjoni, inkluż l-Assoċjazzjoni nnifisha.
It-tibdiliet fid-definizzjoni u l-irwoltas-segretarji, flimkien mar-riforma nnifisha, għandhom iwasslu għal titjib fl-operat tal-Kunsilli Lokali, u allura f’servizz aħjar lill-pubbliku
Il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern Lokali kienesperiment li rnexxa, u li huwa għalhekk li llum, f’għeluq ħmistax-il sena ta’ ħidma, il-Gvern jista’ jieħu l-pass li jmiss billi jimmira lejn it-twettiq ta’ lokalitajiet sostenibbli. Din il-mira tista’ tintlaħaq jekk il-lokalitajiet jkomplu jiżviluppaw u jsaħħu l-identità soċjali, ekonomika u ambjentali tagħhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow