RIFORMA TAL-KUNSILLI LOKALI BIEX JINGĦATA SERVIZZ AĦJAR LIR-RESIDENTI
PR1909
05/12/2008
| Il-ħidma | tas-Segretarji hi indispensabbli fis-suċċess ta’ Gvern Lokali. Huwa l-kap finanzjarju u amministrattiv u għalhekk ir-riforma fil-Kunsill Lokali hija mmirata li ssaħħaħ id-definizzjoni u l-irwol tas-segretarji fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom. |
| Dan | qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt żjara ta’ korteżija li saret mill-Assoċjazzjoni Segretarji Kunsilli Lokali Maltin (ASKLM). |
| Il-Gvern jemmen li għandu jkun hemm distinzjoni | akbar bejn l-irwol tas-segretarji u ta’ dawk li jiġu eletti miċ-ċittadini bħala kunsilliera. Is-segretarju m’għandux ikun parteċipi fid-deċiżjonijiet ta’ direzzjoni politika tal-Kunsill Lokali, iżda għandu jkollu l-irwol ta’ kap finanzjarju u amministrattiv tal-Kunsill. |
| Is-segretarju għandu jkollu d-dmir li jassigura | li kull minn hu nvolut fil-Kunsill Lokali jimxi skond il-liġijiet u r-regolamenti li jiggvernaw l-operat tagħhom. |
| Il-Prim Ministru qal li s-segretarji għandhom | ikunu kontabbli lejn id-Dipartiment tal- Gvern Lokali, u li flimkien għandhom jaħdmu sabiex jassiguraw l-aħjar tmexxija possibbli fil-Kunsilli Lokali. B’hekk is-segretarju għandu jkun responsabbli milli jiġbed l-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali ġaladarba jkun qed isib xkiel fil-qadi ta’ dmirijietu u jew jara kwalunkwe forma ta’ abbuż. |
| Il-Gvern | iqis lill-ASKLM bħala sieħeb prinċipali fl-implimentazzjoni tar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Huwa u jitkellem mad-delegazzjoni mmexxija mill-President tal-Assoċjazzjoni, Adrian Mifsud, il-Prim Ministru sostna li r-riforma tal-Kunsilli Lokali hija x-xogħol kollettiv ta’ kull min ta sehmu tul is-sitt xhur ta’ konsultazzjoni, inkluż l-Assoċjazzjoni nnifisha. |
| It-tibdiliet fid-definizzjoni u l-irwol | tas-segretarji, flimkien mar-riforma nnifisha, għandhom iwasslu għal titjib fl-operat tal-Kunsilli Lokali, u allura f’servizz aħjar lill-pubbliku |
| Il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern Lokali kien | esperiment li rnexxa, u li huwa għalhekk li llum, f’għeluq ħmistax-il sena ta’ ħidma, il-Gvern jista’ jieħu l-pass li jmiss billi jimmira lejn it-twettiq ta’ lokalitajiet sostenibbli. Din il-mira tista’ tintlaħaq jekk il-lokalitajiet jkomplu jiżviluppaw u jsaħħu l-identità soċjali, ekonomika u ambjentali tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984