DISKORS TAL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, FIL-FTUĦ TAL-KONFERENZA NAZZJONALI DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU - SAN ĠILJAN - 5 TA’ DIĊEMBRU, 2008
Grazzi li ġejtu għal din il-konferenza li essenzjalment qed tlaqqa’ flimkien persuni f’żewġ kategoriji:
· L-ewwel kategorija hi l-persuni li għandhom illum interess dirett fl-industrija domestika tat-trasport għax għandhom investimenti tagħhom fiha jew għax jaħdmu fiha;
· it-tieni kategorija hi ta’ persuni li llum jinqdew jew iridu jinqdew mill-industrija tat-trasport – dawk li meta tinqala’ kontroversja ftit jinstemgħu.
| Hu | propju minn hawn li rrid nibda. Il-Gvern jemmen illi l-uniku għan tat-transport pubbliku hu l-kumdità ta’ min jużah – biex ngħidu bil-kollokjaliżmi, l-unika “king” hu l-passiġġier. Minn dan joħorġu ħafna konsegwenzi iżda malli ninsew dan inkunu tlifna l-pern, l-essenza u r-raġuni ta’ x’għandu jkun it-trasport pubbliku. |
| Hu | propju għax tlifna dan is-sens ta’ x’inhi l-missjoni tagħna li qegħdin f’hiex qegħdin u l-ewwel mea culpa ngħida jien għall-Gvern ... iżda nahseb li mhux l-uniku li għandi ngħidha. |
| Wisq drabi r-riformi li saru – u saru diversi | iżda qatt ma kienu biżżejjed – saru mas-sidien, mal-assoċjazzjonijiet tas-settur, mal-operaturi. Ovvjament is-“saħħa” soċjali ta’ dawn – espressa jew bħala pressjoni politika jew f’forma ta’ strajk – faċli tinħass ... dik ta’ min juża t-trasport pubbliku kuljum kważi ma tinħass xejn. |
| Din is-“saħħa” hi evidenti min-nuqqas ta’ | koerenza fl-istrutturi li jirregolaw is-settur: |
· X’inhi l-loġika li kulħadd jista’ jarma vann biex iġorr sa 10 passiġġieri iżda ma tistax tarma vann biex iġġorr bejn 11 u 18-il passiġġier?
· Għaliex kulħadd jista’ jarma bit-taksis is-suwed imma mhux bil-bojod meta l-bojod jaħdmu bħas-suwed u jieħdu vjaġġi bit-telefon ukoll?
· Għaliex fl-1994 tiftiehem ma’ tal-kowċis li tilliberalizza s-suq u sa ħmistax-il sena wara ma jsir xejn?
| Jekk qatt kien evidenti fejn iwasslu dawn | l-interessi settorjali difiżi tant bil-qawwa minn min hu fortunat li jgawdihom, kienet l-istorja tal-open top buses fejn ir-regolatur (jiġifieri l-ADT) irrifjuta – mingħajr bażi legali - il-permess biex dawn jaħdmu fix-xogħol mhux skedat – u fl-opinjoni tiegħi l-istess jista’ jingħad għas-setturi l-oħra kollha li suppost huma magħluqin. |
| Iżda llum mhux qiegħed hawn biex neżamina | l-istorja. Qiegħed hawn biex nagħlaq proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-riformi, proċess li dam sitt xhur u li kien jikkonsisti: |
· fil-pubblikazzjoni tat-tlett white papers dwar is-setturi differenti tat-trasport pubbliku;
· L-analiżi ta’ aktar minn mitejn sottomissjoni bil-miktub li rċevejna wara l-pubblikazzjoni tal-white papers; u
· Bejn wieħed u ieħor ħmistax-il laqgħa mal-assoċjazzjonijiet tas-setturi involuti.
| Ovvjament qabel ma jsiru l-proposti finali | lill-Kabinett nerġgħu niltaqgħu mal-assoċjazzjonijiet rispettivi u fil-fatt il-ġimgħa d-dieħla għandi l-ewwel laqgħa mal-ATP. |
| Li l-Maltin mhux moqdija sew bit-trasport | pubbliku hu fatt aċċettat minn 99% tal-poplu tagħna. Bħal kull inizjattiva li ġġib bidla, ir-riforma li nixtiequ naraw għandha min jappoġġjaha u għandha min hu kontriha. U bħal kull inizjattiva ta’ bidla taħseb biex issolvi problemi li niffaċċjaw iżda żgur mhix xi soluzzjoni perfetta. |
| Hu għalhekk li m’aħniex nieħdu pożizzjonijiet | dommatiċi u mhux se niddejqu nbiddlu u nirfinaw. Minn dak li pproponejna fil-bidu meta f’Lulju li għadda bdejn l-proċess ta’ konsultazzjoni aħna stess studjajna aktar u rajna x’kien żbaljat f’dak li ħriġna bih meta bdejna. Illum, ser nisimgħu l-ideat differenti u kontrastanti li se jingħadu biex imbagħad niddeċiedu. Għax dak hu dmirna bħala Gvern. |
| Iżda nixtieq intenni numru ta’ prinċipji dwar | dan li ma nistgħux niċċaqalqu minnhom: |
· L-ewwel, it-teħid tad-deċiżjonijiet qatt mhu l-aħħar kelma. Il-maturità tal-Gvern hi li wara li jiddeċiedi u jimplimenta, jibqa’ jisma’ biex jara fejn l-affarijiet jistgħu jsiru aħjar.
· It-tieni, nisimgħu lil kulħadd iżda aħna fid-dmir li mhux nisimgħu lil min jgħajjat l-aktar jew lil min jiltaqa’ magħna l-aktar spiss iżda li nisimgħu wkoll lil min ibati fil-kwieta. Il-passiġġieri tat-trasport pubbliku ma jtellgħux kumitati u ma jibagħtux delegazzjonijiet assistiti minn avukati u konsulenti biex jiltaqgħu mal-Ministri. Aktar u aktar hu kwiet min spiċċa kellu jfittex alternattivi oħra u qata’ qalbu mit-trasport pubbliku. Lil dak, allavolja ma tantx jitkellem, irridu nisimugħ ukoll.
| Biex | ngħid kollox, f’dan il-proċess tkellem ukoll. Irċevejna ittri u emails u telefonati f’dawn l-aħħar ġimgħat ta’ nies li qalulna għalfejn ilhom għomor ma jirkbu karozza tal-linja f’Malta u ftit jew xejn f’ħajjithom ma qatt qabdu taksi. Kitbulna ħafna li qalulna għalfejn lit-tfal tagħhom iwassluhom l-iskola huma u għalfejn ma jarawx li għandhom għażla ħlief li għax-xogħol imorru bil-karozzi tagħhom. Lil dawn irridu nisimgħuhom ukoll. |
| Aħna | fid-dmir li ma nħallux l-affarijiet jibqgħu kif kienu. Trasport effiċjenti hu fundamentali għas-suċċess soċjali u ekonomiku ta’ pajjiż. It-trasport jagħmel id-differenza bejn ambjent li tista’ tgħix fih u ambjent li jherri l-kwalità tal-ħajja. |
Ir-risposta għal dan mhix it-tkabbir ta’ toroq u aktar parkeġġ. Araw x’ġara:
· f’Paceville – destinazzjoni ta’ divertiment;
· fil-Belt Valletta – ċentru amministrattiv; u
· f’Tas-Sliema – centru għax-xiri.
| Dawn | kollha huma destinazzjonijiet fejn wessgħina t-toroq u ħloqna aktar parkeġġi li malajr imtlew balla u issa ma jifilħux aktar tkabbir għax biex tasal fihom iddum fit-traffiku u meta tasal ma ssibx tipparkja. |
| Nistgħu nħallu l-affarijiet hekk jew nistgħu | nirriformaw it-trasport biex tonqos id-dipendenza fuq il-karozzi privati. U jarrallu min jaħseb li qed nesaġeraw meta ngħidu li sirna niddependu wisq fuq il-karozzi. |
| Ir-rata ta’ karozzi għand il-Maltin ras għal | ras hi bil-bosta akbar mill-medja Ewropea. Dan minnu nnifsu ma jagħtix l-istampa kollha għax Malta hi essenzjalment belt u meta tqabbilha ma’ ngħidu aħna l-Istati Uniti jew il-Ġappun inkunu qed ninjoraw il-miljuni li jgħixu barra l-bliet li bil-fors jużaw karozzi privati għax f’dawk id-distanzi it-trasport pubbliku ma jkunx viabbli. Madankollu din l-istima konservattiva ttina idea tal-problema. |
| Ineffiċjenza fit-trasport tfisser ineffiċjenza | fl-ekonomija. Fis-snin 80 il-Maltin nefqu anqas minn 10% tal-baġit tagħhom biex jivjaġġaw. Illum il-familji Maltin jonfqu 16.6% tal-baġit tagħhom fit-trasport – kważi d-doppju ta’ għoxrin sena ilu - imqabbla mal-medja Ewropea ta’ 11.9%. |
| Żgur | tista’ tgħid li l-Bulgari, r-Rumeni u l-Pollakki jonfqu anqas għax relattivament ekonomikament żvantaġġjati. Iżda dan ma jispjegax għalfejn fil-Lussemburgu, fl-Awstrija u fil-Finlandja jonfqu anqas fit-trasport mill-Maltin. Tista’ tieħu l-ispjegazzjoni semplistika li l-karozzi hawn għandhom taxxi ta’ reġistrazzjoni ogħla. Iżda l-ispjegazzjoni kompleta hi li l-Maltin bil-fors ikollhom jużaw il-karozzi għax m’għandhomx alternattivi viabbli x’jikkonsidraw. |
| M’hemmx dubju li l-konġestjoni żdiedet | għax in-nies illum tivjaġġa aktar. Iżda żdiedet ukoll għax naqas l-użu tat-trasport pubbliku. |
| Stima konservattiva li għamlet l-Awtorità dwar | it-Trasport hu li 71% tal-vjaġġi kollha f’Malta llum isiru bil-karozza ... ċifra li ma ssibx fl-Ewropa. |
| L-istampa li għandna llum hi essenzjalment | insostenibbli. U l-pubbliku għandu raġun jippretendi minna – Gvern u operaturi – li nibdlu r-realtà li għandna llum. |
| Biex | nagħmlu hekk irridu naraw l-elementi kollha u mhux nipprovaw naqbdu tarf u l-bqija nħalluh jibqa’ kif inhu. Din forsi kienet waħda mid-difetti tar-riformi li pprovajna nagħmlu s’issa – veru aħjar ikollok karozzi tal-linja anqas antiki imma bihom biss ma tasal imkien. Ir-riforma trid tkun fl-aspetti kollha tat-trasport għax min se jħalli f’idejn it-trasport pubbliku biex jieħdu x-xogħol irid ikollu rasu mistrieħa li t-tfal se jaslu l-iskola bil-vann tal-iskola. U jekk trid tiċċaqlaq minn fuq il-post tax-xogħol jew jekk żewġha jrid imur jixtri, ikunu jridu jsibu taksi – bajda, sewda jew elettrika, li tkun – li twassalhom bi prezz raġjonevoli. |
| Ir-restrizzjonijiet li għandna llum fis-swieq | bla skeda u fit-taksis qed jaqdu biss tajjeb lil min jopera fihom. Nifhem u napprezza li bidla bħal din li qed nipproponu aħna hi iebsa għalihom. Kienet iebsa għal kull fejn ftaħna s-swieq: fit-telekomunikazzjonijiet, fl-ikel, fl-importazzjoni, fix-xorb u f’ħafna setturi oħrajn. U ma ninsewx li l-liberalizazzjoni ta’ dawn is-swieq ġabet ġid kbir lill-konsumatur, inkluż lil min hu bil-kowċis, xi taksi jew xi vann aħmar. It-tranżizzjoni hi iebsa u għal min irid jgħaddi minnha jixtieq li ma tiġi qatt. Żgur li bħal ma ġara fil-konsultazzjoni, illum ukoll se nisimgħu raġunijiet plawsibbli u rispettabbli għalfejn m’għandniex niftħu dawn is-swieq. Dawn ir-raġunijiet se jingħataw minn dawk li joperaw dawn is-setturi llum u rridu nisimgħuhom għax irriduhom jibqgħu jaħdmu anke f’kuntest ta’ suq miftuħ. |
| Iżda | l-lezzjoni li tagħna tlett darbiet l-Uffiċju tal-Kummerċ Ġust m’għandniex ninsewha. Irridu nemmnu fis-suq. Restrizzjonijiet fis-suq iridu jkunu l-eċċezzjoni, m’hux ir-regola. Restrizzjonijiet, aktar iva milli le, huma żvantaġġ għall-konsumatur, m’hux vantaġġ. U naħseb il-konsumaturi jtuhielna r-risposta b’kemm jonqos l-użu ta’ dawn il-mezzi. |
| Fil-każ tat-taksis | żgur nafu li hemm ħafna bliet oħra li jżommu restrizzjonijiet fuq in-numru u hemm raġunijiet tajbin biex f’dan is-settur jiġri hekk. Iżda ma nifhimx kif xi ħadd jista’ jiddefendi li f’suq ta’ 380,000 ruħ b’1,200,000 turist fis-sena, ikollna biss 200 taksi. Jekk irridu nqabblu l-proporzjonijiet m’għandniex immorru l-bogħod. F’Għawdex hemm 50 taksi. Kieku f’Malta jkun hemm proporzjonalment l-istess numru, ikollna 640 ... m’hux 200. U m’inix b’daqshekk qed ngħid li bil-fors irid ikollna 640. Qed ngħid biss li jrid ikollna aktar. |
| Fis-setturi tal-kowċis u l-vannijiet | hu ċar li r-restrizzjonijiet u l-protezzjoni żammew lura t-tiġdid tal-flotot. M’inhix qed ngħid b’daqs’hekk li dawn il-vetturi saru perikolużi. Izda hu ċar daqs il-kristall li l-provvista fin-numru u l-kwalità tal-vetturi hi anqas milli jixirqilhom setturi differenti bħat-turiżmu … u mhux it-turiżmu biss. In-nuqqas t’inċentiv li nsibu xogħol ġdid fisser li anqas tfal ta’ l-iskola qed jużaw it-trasport fi grupp u l-ġenituri tagħhom qed iħallsu aktar. Aktar ħaddiema tal-fabbriki qed imorru x-xogħol bil-karozzi tagħhom. U prattikament ħadd li jaħdem f’uffiċċju ma jivjaġġa b’vann jew b’kowċ biex imur ix-xogħol kuljum. In-nuqqas t’inċentiv biex insibu xogħol ġdid hu konsegwenza tan-nuqqas ta’ kompetizzjoni. Iżda l-konsegwenza li ma nfittxux xogħol ġdid hi l-konġestjoni li nbatu bħala pajjiż. |
| Il-bidla l-kbira hi | meħtieġa fit-trasport bil-karozzi tal-linja. Studjajna mezzi oħra ta’ trasport ukoll iżda għandna nkunu realistiċi. L-esperti jgħidulna li nistgħu nikkunsidraw it-trammijiet meta fuq ir-rotta jirkbu mal-5,000 passiġġier kull siegħa. Bil-popolazzjoni tagħna għandna nilħqu dawn in-numri iżda bid-dipendenza fuq il-karozza llum baqgħalna x’naqdfu biex naslu hemm. Naf li hemm min jixtieq il-metrò. Biex jiffunzjonaw irid ikollna 50,000 passiġġier kull siegħa. Lanqas jekk narmu l-karozzi kollha l-baħar m’hu se jkollna qatt metrò viabbli f’Malta sakemm il-popolazzjoni kollha ma tabqadx il-metrò fuq rotta waħda erba’ darbiet kuljum. Meta ngħid viabbli m’hux qed nitkellem fuq il-prezz biex nibnuh iżda biex inżommuh. |
| Aktar tard illum se ssir preżentazzjoni fuq | l-ewwel evalwazzjonijiet għat-tramm li wrew li hemm bażi għal aktar studji biex naraw tkunx ġustifikata. Iżda deċiżjoni ta’ xi €250 miljun biex tibda u xi €8 miljun f’sussidji kull sena biex tkompli, ma teħodhiex f’ħakka t’għajn. |
| Iżda żgur wasal iż-żmien li nieħdu | d-deċiżjonijiet għall-mezz ta’ trasport pubbliku li l-aktar għandna bżonn jinbidel illejla qabel għada: il-karozzi tal-linja. |
| L-analiżi tagħna għalfejn mhux jiffunzjonaw | tajjeb tajniha u naf li l-operaturi tal-lum ma jaqblux ma’ din l-analiżi għax fehmthom pubblika wkoll. Bħal m’għidt qabel, illum m’hux qegħdin hawn biex nitkellmu dwar l-istorja, imma dwar il-futur u għalhekk illum sejrin nippubblikaw il-ħsibijiet tagħna ta’ kif għandu jaħdem it-trasport pubbliku f’Malta fis-snin li ġejjin. |
| Qattajna dawn ix-xhur nistudjaw il-bżonnijiet | ta’ Malta u bl-għajnuna t’esperti barranin żviluppajna netwerk ġdid għal pajjiżna. Dan mhux netwerk cast in stone; m’hux vanġelu; m’hux perfett u żgur jinbidel b’aktar dettall fl-ippjanar u bl-esperjenza tax-xogħol wara l-bidla. Iżda se nippreżentaw netwerk li għandu għan wieħed fuq kull konsiderazzjoni oħra – kumdità ħafna akbar għal min jużah |
· kemm bħala karozzi użati;
· kemm bħala rotot;
· kif ukoll bħala frekwenzi.
Iżda aktar importanti minhekk hu l-metodu kif se naħdmu fil-futur. Hemm numru ta’ prinċipji li għalina huma importanti ħafna:
1. Irid ikun hemm relazzjoni kuntrattwali ċara bejn min jordna s-servizz u min hu obbligat jagħtih.
Ma nistgħux nibqgħu ninnegozjaw kull ċaqlieqa żgħira u kull multa u żgur ma nistgħux nibqgħu li ħadd m’għandu poteri reali biex jieħu azzjoni fuq il-problemi. Ir-relazzjoni pjutttost laxka u xejn ċara li teżisti llum bejn min jagħti s-servizz u min, suppost, jordnah, trid tispiċċa u tiġi sostitwita biċ-ċertezza legali ta’ kuntratt ta’ servizz fejn:
· il-Gvern jistabillixxi l-kriterji li jrid għas-servizz (tip ta’ karozzi, infrastruttura elettronika, frekwenzi, rotot, tibdil ta’ rotot skond il-bżonn u livelli ta’ servizz); u
· min jagħti s-servizz jipprovdi l-investiment kollu neċessarju, jitħallas għas-servizz li jagħti u jħallas penalitajiet jekk ma jilħaqx il-livelli ta’ servizz kuntrattati.
2. Il-principju tar-relazzjoni kuntrattwali – kif spjegajt qabel - japplika dejjem.
Jiġifieri, il-prinċipju li semmejt qabel għandu japplika indipendentement minn jekk is-servizz jingħatax mill-ATP jew minn ħaddieħor kif ukoll jekk is-servizz jingħatax wara direct order jew wara tender;
3. Il-Gvern lest jissussidja l-operat għal żmien limitat u mhux se jissussidja l-kapital.
Waqt li l-Gvern hu lest li jissussidja l-operat in ġenerali tas-servizz għal ftit snin, wara numru ta’ snin ir-riskju kummerċjali tal-operazzjoni irid jittieħed mill-operatur bil-Gvern jibqa jissussidja biss setturi soċjali (bħal anzjani, student, eċċ.) u rotot speċifiċi. Il-Gvern m’hux lest li jissussidja l-investimet kapitali li jrid jiġi ffinanzjat kollu kemm hu minn min jidħol għas-servizz waqt li ovvjament ikollu “return” finanzjarju minn dan l-investiment. B’investiment kapitali mhux qed nifhem biss il-karozzi tal-linja, imma wkoll strutturi elettroniċi ta’ kontroll, makni tal-biljetti, eċċ;
4. Il-Gvern m’hux lest li jkompli jissusidja bis-sistema tal-lum fejn jiggarantixxi dħul ċert fl-aħħar tas-sena lil kull operatur. Il-kuntratt irid ikollu element ta’ riskju li jinġarr mill-operatur u li jista’ jfisser li fl-aħħar tas-sena jiġi rreġistrat telf mill-operatur, liema telf mhux se jagħmel tajjeb għalih il-Gvern. Nagħmilha ċara ħafna li din il-bidla tfisser ukoll illi l-Gvern jibqa’ jissusidja lill-anzjani, student, eċċ, iżda f’dawn il-każi s-sussidji jingħataw direttament lil min jużahom u mhux lill-operatur.
5. Irid ikun hemm distinzjoni ċara u netta bejn ix-xogħol tar-rotta u dak li mhux tar-rotta. Il-karozzi li jaħdmu fuq ir-rotta m’hux se jitħallew jaħdmu mkien ħlief fir-rotta mhux biss għax hekk biss iġib effiċjenza fir-rotta imma anki għaliex mhux sew li tar-rotta hu sussidjat u min jaħdem biss barra r-rotta mhux;
6. Mhux se jiġu aċċettati karozzi li m’humiex għall-anqas EuroIII - anzi preferibbilment immorru għal Euro IV jew Euro V - u kull karozza trid tkun adattabbli biex tiġi installata chip mal-makna tagħha biex kemm l-użu kif ukoll il-funzjonament tagħha jiġi moniterjat remotement;
7. Iridu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li huma impjegati mal-operatur u li jaħdmu f’dan is-settur - ma jistax ikun li jibqgħu jaħdmu siegħat interminabbli f’kundizzjonijiet li ma jagħmlux ġieħ lil dan il-pajjiż;
Ovvjament sejrin insegwu wkoll id-direttiva tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ kif għandu jintagħżel min jopera s-servizz. Bażikament dawn jimponu illi l-operatur jista’:
a. jew ikun il-Gvern, haġa li assolutament ma nixtiqux li jiġri;
b. jew jingħata direct order izda dan hu applikabbli biss għal netwerks żgħar definiti bħala:
i. li jdawwru anqas minn miljun ewro fis-sena; jew
ii. li jużaw anqas minn 23 karozza tal-linja.
Dan prattikament iffiser illi:
- nistgħu nagħtu direct order f’Għawdex u diġà wrejna lill-assoċjazzjoni tas-sidien Għawdxin tal-karozzi tal-linja li aħna dan lesti nagħmluh kemm-il darba huma lesti jidħlu għall-investiment, jimplimentaw ir-regoli ta’ kwalità li rridu ndaħħlu u jidħlu għar-riskju huma. Kemm-il darba dan ma jseħħx allura l-Gvern – temporanjament - jidħol għal dan is-servizz hu stess u fil-fatt fil-baġit ġew ivvutati €700,000 għal din l-eventwalità;
- ma nistgħux nagħmlu l-istess għal Malta għax ovvjament l-ATP ma tikkwalifikax bħala “operatur ta’ netwerk żgħir”. Biex nippruvaw “ninterpretaw” din ir-regola, konna fassalna proposta mal-ATP li ressaqna lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea. Din, “fuq il-karta” qassmet ‘il aktar minn 500 karozza tal-linja f’numru ta’ gruppi iżgħar waqt li l-ATP baqgħet tikkontrolla n-netwerk, id-distribuzzjoni, it-tqassim tad-dħul u s-sussidji.
Il-Kummissjoni rrifjutat din is-soluzzjoni għax qed issostni li l-gruppi differenti għandhom ikunu kummerċjalment, organizzattivament u finanzjarjament independenti għal kollox.
c. Dan iħallina biss it-tielet triq għal Malta u cioé li jinħareġ tender pubbliku. Il-ħruġ ta’ tender ovvjament la jfisser li ma tistax tikkompeti l-ATP, l-anqas ifisser li l-ATP jew xi membri tagħha ma jistgħux jingħaqdu ma’ ħaddieħor, barrani jew Malti, kif ukoll ma jfissirx li s-servizz bilfors ma jitmexxiex mill-Maltin. Iffisser biss li se jkun hawn kompetizzjoni, prinċipju li għal dan il-Gvern hu fundamentali u li jkun ta’ ġid kbir għall-konsumatur għax jiggarantixxi l-anqas nollijiet għall-aħjar servizz. It-tender ikun ikopri Malta kollha u jkun irid jieħu miegħu wkoll l-operazzjoni t’Għawdex.
Intenni l-wegħda tal-Gvern li kienet saret mill-Ministru Jesmond Mugliett f’ittra tas-26 ta’ Frar 2008 u nikkwota: “Il-Gvern huwa konxju u dispost li jgħin lis-sidien tal-vetturi kemm-il darba ma jkunx hemm estensjoni tal-ftehim li ser jintlaħaq. Għaldaqstant ninfurmak illi l-Gvern huwa kommess illi jagħti kumpens xieraq lis-sidien kollha li jkunu qed joperaw dan is-serviz ta’ trasport pubbliku u dan wara diskussjonijiet sabiex jintlaħaq kumpens xieraq”. Konna u għadna kommessi li dan nagħmluh jekk jinqala’ l-bżonn.
| Aktar tard se tintwerew in-netwerk ġdid | propost, il-karozzi tal-linja li qed nipproponu, il-frekwenzi li qed nissuġġerixxu. Kif għidt qabel dawn mhux cast in stone, anzi nistenna li jitbiddlu sakemm niġu biex nimplimentawhom. Bħalissa qegħdin fl-aħħar fażi tal-istudji tagħna, l-analiżi finanzjara li tinvolvi stima tal-investimenti kapitali bżonnjużi, il-kreazzjoni ta’ Profit & Loss għall-10 snin tal-kuntratt, stima tar-“return” finanzjarja għall-operatur, il-livelli ta’ sussidju għall-Gvern u n-nollijiet. Anki dawn in-numri se jinfluwenzaw l-għamla finali tan-netwerk. |
| L-istudji li għamilna s’issa wrew li pajjiżna | jista’ jkollu trasport pubbliku modern, komdu, frekwenti u li tista’ toqgħod fuqu. Jista’ jkollna allura alternattiva viabbli għat-trasport privat u nistgħu nibdew nindirizzaw b’mod kredibbli l-problemi li ilna ngħixu bihom. |
· Jista’ jkollna servizz tajjeb, b’noll raġjonevoli u li ma jeskludi lil ħadd fis-soċjetà tagħna, li jnaqqas l-infieq tal-familji fit-trasport u li jżidilhom il-mobilità.
· Jista’ jkollna servizzi tajbin fl-għaxijiet u fl-iljieli. Jista’ jkollna servizzi li jagħqdu lill-irħula ġirien. Jista’ jkollna servizzi mgħaġġlin bejn id-destinazzjonijiet l-aktar importanti ta’ pajjiżna.
· U jista’ jkollna dan kollu fuq bażi kuntrattwali, professjonali, kompetittiva u kummerċjali;
flok ir-realtajiet sfortunati li għandna llum u li ma naħsibx li ħlief min qed igawdi minnhom jista’ xi ħadd jiddifendihom.
L-2009 ser tkun is-sena tal-bidla fis-settur tat-trasport.
Il-pubbliku Malti għatxan għal din il-bidla u l-Gvern lest għaliha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984