PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB U TIFKIRA TAL-POEMA “IL-JIEN U LIL HINN MINNU”: AKTAR MINN 400 KTIEB PUBBLIKATI F’MALTA DIN IS-SENA
PR1906
04/12/2008
| “Is-sena li għaddiet kienu ppubblikati | f’Malta aktar minn 400 ktieb, aktar minn medja ta’ wieħed kuljum u fil-parti l-kbira tagħhom kienu kotba bil-Malti.” Dan qalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina f’diskors li għamlet il-bieraħ fil-għaxija fl-okkażjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. |
| Il-Ministru Cristina qalet li fis-serata | tlaqqgħu flimkien żewġ attivitajiet f’lejla waħda. Żewġ attivitajiet li huma intimament relatati. Qegħdin niċċelebraw il-Ktieb Malti u qed infakkru s-70 anniversarju ta’ wieħed mill-isbaħ xogħlijiet letterarji bil-Malti, il-poema ta’ Dun Karm “Il-Jien u Lil Hinn Minnu”. |
| Hi sostniet li l-ktieb Malti ħaqqna | niċċelebrawh għaliex fl-aħħar snin għamel progressi kbar. Progress kemm fil-livell tal-kontenut letterarju, it-temi trattati, il-preżentazzjoni kif ukoll fin-numru ta’ kotba Maltin. |
| Biżżejjed wieħed jiftakar li f’Malta jkunu | ppubblikati medja ta’ ktieb kuljum u ftit aktar. Fil-fatt is-sena li għaddiet kienu pubblikati 402 kotba u din is-sena lħaqna l-istess livelli. |
| Ftit tal-ġimgħat ilu, meta l-Ministru kienet | mistiedna tinawgura l-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb kien hawn f’Malta l-Kummissarju Ewropew għall-Multilingwiżmu s-Sur Leonard Orban – li flimkien magħha żar il-Fiera u baqa’ impressjonat bil-kwantità, il-varjetà u l-kwalità tal-kotba pubblikati f’pajjiżna. |
| Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna n-numru ta’ | kotba Maltin hu relattivament kbir u għalkemm is-suq hu żgħir l-awturi u l-pubblikaturi jibqgħu joffrulna kotba tal-ogħla livell. |
| Il-biża’ li ħafna kienu u għadhom jesprimu, | li l-internet se jieħu post il-ktieb, donnu li ma jgħoddx għal pajjiżna għax il-ktieb Malti għadu għaddej b’saħħtu u b’kontinwità. Dawn il-fatti jpoġġu f’dawl differenti, rapporti ppubblikati riċentement li l-Maltin huma l-anqas poplu li jaqra fl-Ewropa. |
| Il-Ministru Cristina ħabbret li l-Kunsill | Nazzjonali tal-Kiteb, dalwaqt se jniedi proġett ta’ riċerka dwar il-qari f’pajjiżna biex naraw kif nistgħu nkomplu nħajru aktar nies li jaqraw u jagħmlu mill-ktieb il-veru ħabib tagħhom. |
| Ninsabu fi ġranet ta’ festi li magħhom iġibu | wkoll l-għoti ta’ rigali. Il-ktieb hu fost l-isbaħ rigali li wieħed jista’ jagħti. Għalhekk appellat biex meta wieħed jiġi biex jagħżel ir-rigali li se jagħti fil-Milied, jikkunsidra l-ktieb bħala rigal, hu min hu l-persuna li se tirċivieh. |
| Żgur li wieħed jista’ jsib rigal għall-gosti | u għall-etajiet ta’ kulħadd. B’hekk filwaqt li nkomplu nnisslu l-imħabba għall-ktieb u nħeġġu aktar nies jaqraw, inkunu qed ninkoraġġixxu wkoll lill-awturi u l-pubblikaturi Maltin biex ikomplu bil-ħidma fejjieda tagħhom. |
| Il-Ministru rreferiet ukoll għat-tfakkira | tal-poema tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila. Dwar dan ix-xogħol lettararju nkiteb u ntqal ħafna. Il-bieraħ stess intiseġ studju importanti ħafna dwar din il-poema. Hi ferħet lil Immanuel Mifsud għad-diskors li ħejja għas-serata ta’ tifkira. Irringrazzjat ukoll lil dawk li qabel tawna trattati importanti dwar “Il-Jien u Lil Hinn Minnu”, fosthom Oliver Friggieri, li hu wieħed mill-istudjużi ewlenin ta’ Dun Karm, u oħrajn. |
| Dan kollu hu ta’ ġieħ għal ilsienna li hu | l-aktar ħaġa li tidentifikana bħala Maltin. Ċelebrazzjonijiet bħal din irridu nkomplu nagħmluhom biex nassiguraw li nżommu l-ilsien Malti fl-ogħla livell kif jixraqlu. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, | Żgħażagħ, Sport ferħet lill-awturi u pubblikaturi li kienu ppremjati għall-ħidma tagħhom. Lilhom u lill-awturi u pubblikaturi Maltin kollha, awguratilhom aktar ħidma u aktar suċċessi fil-ħidma tagħhom li tagħmlilna ġieħ bħala poplu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984