Left arrow Mur Lura

VIŻJONI KULTURALI, SOĊJALI U EKONOMIKA GĦALL-BELT VALLETTA

PR1905
Date Icon 04/12/2008
Il-viżjoni tal-Gvern għall-Belt Valletta hi lifl-erba’ snin li ġejjin tiżviluppa b’rata aktar mgħaġġla f’ċentru kulturali, soċjali u ekonomiku għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, kif ukoll għal dawk kollha li jżuru lil pajjiżna.
Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqtżjara li għamel fil-Kunsill Lokali ta’ Valletta fl-attivitajiet li jikkomemoraw għeluq il-ħmistax-il sena ta’ Gvern Lokali.
Il-Gvern huwa kommess li jibni mill-ġdid żewġsiti indispensabbli għall-belt kapitali tagħna. Is-sit ta’ Teatru Rjal se jinbena f’ċentru kulturali bid-daħla prinċipali tiegħu tkun Triq ir-Repubblika li jilqa’ fi ħdanu l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna – il-Kamra tar-Rappreżentanti.   Il-poplu Malti ilu aktar minn sittin sena jiddiskuti u jixtieq li jiġi żviluppat is-sit tat-Teatru Rjal.  Dan is-sit se jiġi żviluppat b’tali mod li jkun attrazzjoni kulturali u turistika oħra, inkluż il-bini tal-Parlament li għandu jkun miftuħ għall-Maltin, u għat-turisti li jiġu Malta fosthom dawk li jiġu bil-Cruise Liners.
Il-Prim Ministru qal li l-Parlament għandu jkunaċċessibbli u miftuħ għall-pubbliku u għall-barranin li jżuru l-belt kapitali. Din il-prattika hija komuni madwar id-dinja kollha. Ħafna Maltin li jsiefru jmorru jżuru Parlamenti ta’ postijiet oħra.  Irridu li l-Maltin iżuru ċ-Ċentru Kulturali u l-Parlament Malti fis-sit tat-Teatru Rjal u li dawn ikunu ħolqa oħra fil-postijiet storiċi u kulturali li hawn fi Triq ir-Repubblika.
Bit-tneħħija tal-Kamra tad-Deputati mill-PalazzPresidenzjali, il-Palazz tal-President jerġa’ jingħata d-dinjità sħiħa tiegħu, bħala ċentru ta’ esibizzjonijiet u wirjiet kontinwi, u biex l-attività ekonomika tinfirex mid-daħla tal-Belt u tibqa’ nieżla iktar ‘l isfel sal-Valletta Waterfront u Sant Iermu.
Il-Prim Ministru sostna għalhekk li l-binimill-ġdid ta’ Teatru Rjal u Bieb il-Belt ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala proġetti izolati minn oħrajn iżda jridu jitqiesu fl-isfond sħiħ tar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta u tal-Port il-Kbir. Il-Kunsill Lokali tal-Belt għandu jkun sieħeb ewlieni mal-Gvern u ma’ kull minn għandu għal qalbu dan il-proġett nazzjonali.
Hu kompla jgħid li l-Gvern qed jagħti importanzakbira lil-lokalitajiet billi jalloka fondi speċjali biex il-Kunsilli Lokali jkunu megħjuna u inċentivati sabiex iwettqu proġetti ambjentali, fosthom dawk indirizzati għall-konsum aktar effiċjenti tal-elettriku, it-titjib fil-prodott turistiku kif ukoll inizjattivi ġodda fil-qasam soċjali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow