VIŻJONI KULTURALI, SOĊJALI U EKONOMIKA GĦALL-BELT VALLETTA
PR1905
04/12/2008
| Il-viżjoni tal-Gvern għall-Belt Valletta hi li | fl-erba’ snin li ġejjin tiżviluppa b’rata aktar mgħaġġla f’ċentru kulturali, soċjali u ekonomiku għall-Maltin u l-Għawdxin kollha, kif ukoll għal dawk kollha li jżuru lil pajjiżna. |
| Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt | żjara li għamel fil-Kunsill Lokali ta’ Valletta fl-attivitajiet li jikkomemoraw għeluq il-ħmistax-il sena ta’ Gvern Lokali. |
| Il-Gvern huwa kommess li jibni mill-ġdid żewġ | siti indispensabbli għall-belt kapitali tagħna. Is-sit ta’ Teatru Rjal se jinbena f’ċentru kulturali bid-daħla prinċipali tiegħu tkun Triq ir-Repubblika li jilqa’ fi ħdanu l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna – il-Kamra tar-Rappreżentanti. Il-poplu Malti ilu aktar minn sittin sena jiddiskuti u jixtieq li jiġi żviluppat is-sit tat-Teatru Rjal. Dan is-sit se jiġi żviluppat b’tali mod li jkun attrazzjoni kulturali u turistika oħra, inkluż il-bini tal-Parlament li għandu jkun miftuħ għall-Maltin, u għat-turisti li jiġu Malta fosthom dawk li jiġu bil-Cruise Liners. |
| Il-Prim Ministru qal li l-Parlament għandu jkun | aċċessibbli u miftuħ għall-pubbliku u għall-barranin li jżuru l-belt kapitali. Din il-prattika hija komuni madwar id-dinja kollha. Ħafna Maltin li jsiefru jmorru jżuru Parlamenti ta’ postijiet oħra. Irridu li l-Maltin iżuru ċ-Ċentru Kulturali u l-Parlament Malti fis-sit tat-Teatru Rjal u li dawn ikunu ħolqa oħra fil-postijiet storiċi u kulturali li hawn fi Triq ir-Repubblika. |
| Bit-tneħħija tal-Kamra tad-Deputati mill-Palazz | Presidenzjali, il-Palazz tal-President jerġa’ jingħata d-dinjità sħiħa tiegħu, bħala ċentru ta’ esibizzjonijiet u wirjiet kontinwi, u biex l-attività ekonomika tinfirex mid-daħla tal-Belt u tibqa’ nieżla iktar ‘l isfel sal-Valletta Waterfront u Sant Iermu. |
| Il-Prim Ministru sostna għalhekk li l-bini | mill-ġdid ta’ Teatru Rjal u Bieb il-Belt ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala proġetti izolati minn oħrajn iżda jridu jitqiesu fl-isfond sħiħ tar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta u tal-Port il-Kbir. Il-Kunsill Lokali tal-Belt għandu jkun sieħeb ewlieni mal-Gvern u ma’ kull minn għandu għal qalbu dan il-proġett nazzjonali. |
| Hu kompla jgħid li l-Gvern qed jagħti importanza | kbira lil-lokalitajiet billi jalloka fondi speċjali biex il-Kunsilli Lokali jkunu megħjuna u inċentivati sabiex iwettqu proġetti ambjentali, fosthom dawk indirizzati għall-konsum aktar effiċjenti tal-elettriku, it-titjib fil-prodott turistiku kif ukoll inizjattivi ġodda fil-qasam soċjali. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984