Left arrow Mur Lura

STRATEĠIJA NAZZJONALI FAVUR IS-SAĦĦA SESSWALI LI TKUN UNIFORMI U TWASSAL MESSAĠĠ WIEĦED U ĊAR

PR1901
Date Icon 04/12/2008
Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Kamratar-Rapprezentanti, kompla d-diskussjoni fuq l-istrateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali.  Din id-diskussjoni kompliet wara l-preokkupazzjoni li wera l-Kumitat fuq l-istatistika li ħarġet mir-rapport ta’ ħidma tal-Genitourinary (GU) Clinic. Din hija l-klinika tal-Istat responsabbli għall-kura ta’ mard trasmess sesswalment, immexxija minn Dr. Philip Carabot.
Warali sema l-esperti:
“Ma teżistix strateġija waħda għal kulħadd immajinħass il-bżonn li l-istrateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali tkun uniformi u ffukata skont l-età tal-persuna.  L-edukazzjoni dwar saħħa sesswali għandha tasal ukoll permezz tal-internet u fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ...”

“Mhux biżżejjed li nippromwovu l-użu tal-condoms u kontraċettivi oħra, imma rridu ngħallmu kif dawn għandhom jintużaw. Għalkemm l-użu tal-kontraċettivi jnaqqas drastikament iċ-ċans ta’ mard trasmess sesswalment u tqala mhux ippjanata, ir-riskju xorta jibqa’ preżenti, b’mod speċjali meta dawn jintużaw ħażin...”

“Il-condom ma joffrix ħarsien mija fil-mija għall-mard trasmess sesswalment...”

“L-astinenza hija parti minn strateġija li tipposponi r-rapport sesswali għal età aktar matura...”

“It-taboos iżommu milli l-messaġġ jasal ċar, bħal pereżempju l-ħsieb ħażin li l-condom inaqqas il-pjaċir...”

“Edukazzjoni dwar saħħa sesswali trid tiffoka fuq x’għandu jsir u mhux fuq x’ma għandux isir...”

“L-internet u aċċess faċli għall-pornografijajistgħu jwasslu lejn perċezzjoni ħażina ħafna tas-sesswalità...”
il-Kumitat innota li l-istrateġija nazzjonalifavur is-saħħa sesswali għandha tkun waħda uniformi li twassal għall-messaġġ ċar u ffukat, b’attenzjoni partikolari lejn l-età tal-persuna.  Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ser jorganizza konferenza nazzjonali sabiex l-istakeholders kollha jagħrfu dan il-messaġġ u b’hekk ma tibqax tinħass konfużjoni ta’ messaġġi differenti li jistgħu iħawdu l-imħuħ u l-aġir sesswali taż-żgħażagħ.  Dan ser jgħin lid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa fl-aħjar għarfien tal-ħtieġa ta’ din il-politika lil dawk kollha konċernati, inkluż iż-żgħażagħ, il-ġenituri, l-għalliema, it-tobba u l-professjonisti tas-saħħa.
Studju tal-Health Behaviour School Childrenf’Malta u oħrajn mhux uffiċjali li saru minn studenti fl-Università ta’ Malta jindikaw li madwar 25% taż-żgħażagħ tagħna fl-età ta’ bejn 12 u 15-il sena jistgħu jkunu sesswalment attivi.  Madanakollu, fadal persentaġġ kbir ta’ żgħażagħ li għadhom qed jaħsbuha sabiex ikollhom rapport sesswali.  Din hija deċiżjoni għaqlija għaliex żgħażagħ li jagħmlu sess minn età żgħira jispiċċaw b’dispjaċiri emozzjonali kbar.
It-tagħlim fuq l-astinenza u l-kontraċettivigħandhom ikunu ċari u ħielsa minn kull taboo, għaliex l-ebda strateġija waħedha ma hija effettiva.  Għandhom jinstabu l-ħin u r-riżorsi sabiex l-awtoritajiet iwasslu l-messaġġ liż-żgħażagħ, b’kull mezz possibbli - internet, televiżjoni, u skejjel.  Mhux biss, iżda anki f’postijiet ta’ divertiment fejn iż-żgħażagħ jiltaqgħu u allura ċ-ċans ta’ rapporti sesswali jiżdied.  L-użu tad-droga u l-użu eċċessiv tal-alkoħol reġgħu kienu diskussi, bħala l-fatturi ewlenin li jwasslu għall-rapporti sesswali bl-addoċċ, bla rażan u bla qies.
Intant il-Kumitat iħoss li t-tobba tal-familjagħandhom ikollhom aktar linji gwida f’dan il-qasam.  F’dan il-kuntest it-tobba tal-familja għandhom il-potenzjal li jtejbu r-riċerka u ġie rakkomandat sabiex kull tabib tal-familja ikun konformi mal-Artiklu 31 tal-Att dwar is-Saħħa Pubblika.  B’hekk jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet, dak il-mard li jista’ jikkontamina, skont ma’ tesiġi l-liġi u għall-ġid tas-soċjetà.  Infatti fl-ippjanar tal-istrateġija nazzjonali favur is-saħħa sesswali, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa diġà qed jiddiskuti dan fid-dawl ta’ aktar monitoraġġ u statistika.
Il-laqgħa kienet immexxija minn l-Onor EdwinVassallo u preżenti għal-laqgħa kien hemm l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Justyne Caruana, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Stephen Spiteri.  L-esperti mistiedna kienu Dr. Philip Carabot, Dr. Charmaine Gauci u Dr. Anna Vella.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow