Left arrow Mur Lura

PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ GĦALL-KUNSILLIERA

PR1900
Date Icon 04/12/2008
It-taħriġ huwa wieħed mill-pedamenti ewlenintar-riforma tal-Kunsilli Lokali u, bis-sehem sħiħ tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL), il-Gvern huwa mpenjat li jimbarka fuq programm intensiv ta’ taħriġ għall-Kunsilliera.
Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqtżjara ta’ kortesija minn delegazzjoni tal-AKL mmexxi mill-President tal-Assoċjazzjoni Michael Cohen.
Filwaqt li fil-passat saru diversi korsijietimmirati lejn it-taħriġ tal-Kunsilliera, waħda mill-għanjiet ewlenin tar-riforma tal-Kunsilli Lokali hija dik li t-taħriġ isir b’mod iktar strutturat u kontinwu. Permezz ta’ dan it-taħriġ, kull kunsillier għandu jingħata l-għarfien meħtieġ sabiex jaqdi d-doveri tiegħu sew bl-aħjar mod possibbli. Dan jinkludi kemm taħriġ ġenerali, bħal fl-oqsma tal-liġijiet u regolamenti li jiggvernaw l-operat tal-Kunsilli Lokali, u kif ukoll fuq livell speċjalizzat bħal kif aktar Kunsilli Lokali jistgħu jagħmlu użu minn programmi tal-Unjoni Ewropea f’inizjattivi lokali.  Se ssir ħidma mill-Funding Unit tal-MEUSAC sabiex jiġu assenjati fondi mill-UE għall-aqwa taħrig tas-Sindki u Kunsillieri.  Se jiġu allokati wkoll fondi għal taħriġ tas-Segretarji Eżekuttivi u impjegati tal-Kunsilli Lokali.
Tul il-laqgħa l-Prim Ministru rringrazzjalill-AKL tal-kollaborazzjoni tagħha biex jittella’ l-programm ta’ attivitajiet li jfakkar il-ħmistax-il anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.
Din il-ġimgħa ta’ attivitajiet se ġġib fitmiemha xejn inqas minn sitt xhur ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni, li fihom il-Gvern iltaqa’ mal-Kunsilli Lokali kollha biex jieħu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom. Il-proċess ta’ konsultazzjoni wassal lill-Prim Ministru u lis-Segretarju Parlamentari Chris Said biex jiltaqgħu mal-pubbliku tliet darbiet, fl-Imdina, f’Marsalforn u f’Marsascala. Saru wkoll diversi laqgħat mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u mal-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali. Ma naqsux ukoll l-għexieren ta’ laqgħat li saru ma’ diversi korpi kostitwiti, għaqdiet ambjentali u għaqdiet non-governattivi oħrajn.
Il-Prim Ministru saħaq li huwa permezztal-konsultazzjoni u tad-djalogu wiesa’ li embarka fuqu l-Gvern, li jista’ issa jippreżenta r-riforma.  Din ir-riforma ġiet magħġuna mill-esperjenza kollettiva ta’ kull min b’xi mod jew ieħor jiġi f’kuntatt mal-Kunsilli Lokali b’mod regolari.
Huwa u jitkellem fuq il-kontribut li qed tagħtil-AKL, il-Prim Ministri sostna li l-Gvern qed jagħti l-għajnuna neċessarja biex l-Assoċjazzjoni twettaq il-ħidma tagħha. Fl-aħħar xhur, l-AKL ngħatat l-għajnuna finanzjarja meħtieġa biex tipparteċipa fl-Open Days tal-Kumitat tar-Reġjuni fi Brussell, u persuna ġiet sekondata biex isservi ta’ liaison fil-ħidma tal-AKL fil-Kumitat tar-Reġjuni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow