PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ GĦALL-KUNSILLIERA
PR1900
04/12/2008
| It-taħriġ huwa wieħed mill-pedamenti ewlenin | tar-riforma tal-Kunsilli Lokali u, bis-sehem sħiħ tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL), il-Gvern huwa mpenjat li jimbarka fuq programm intensiv ta’ taħriġ għall-Kunsilliera. |
| Dan qalu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt | żjara ta’ kortesija minn delegazzjoni tal-AKL mmexxi mill-President tal-Assoċjazzjoni Michael Cohen. |
| Filwaqt li fil-passat saru diversi korsijiet | immirati lejn it-taħriġ tal-Kunsilliera, waħda mill-għanjiet ewlenin tar-riforma tal-Kunsilli Lokali hija dik li t-taħriġ isir b’mod iktar strutturat u kontinwu. Permezz ta’ dan it-taħriġ, kull kunsillier għandu jingħata l-għarfien meħtieġ sabiex jaqdi d-doveri tiegħu sew bl-aħjar mod possibbli. Dan jinkludi kemm taħriġ ġenerali, bħal fl-oqsma tal-liġijiet u regolamenti li jiggvernaw l-operat tal-Kunsilli Lokali, u kif ukoll fuq livell speċjalizzat bħal kif aktar Kunsilli Lokali jistgħu jagħmlu użu minn programmi tal-Unjoni Ewropea f’inizjattivi lokali. Se ssir ħidma mill-Funding Unit tal-MEUSAC sabiex jiġu assenjati fondi mill-UE għall-aqwa taħrig tas-Sindki u Kunsillieri. Se jiġu allokati wkoll fondi għal taħriġ tas-Segretarji Eżekuttivi u impjegati tal-Kunsilli Lokali. |
| Tul il-laqgħa l-Prim Ministru rringrazzja | lill-AKL tal-kollaborazzjoni tagħha biex jittella’ l-programm ta’ attivitajiet li jfakkar il-ħmistax-il anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali. |
| Din il-ġimgħa ta’ attivitajiet se ġġib fi | tmiemha xejn inqas minn sitt xhur ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni, li fihom il-Gvern iltaqa’ mal-Kunsilli Lokali kollha biex jieħu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom. Il-proċess ta’ konsultazzjoni wassal lill-Prim Ministru u lis-Segretarju Parlamentari Chris Said biex jiltaqgħu mal-pubbliku tliet darbiet, fl-Imdina, f’Marsalforn u f’Marsascala. Saru wkoll diversi laqgħat mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali, mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u mal-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali. Ma naqsux ukoll l-għexieren ta’ laqgħat li saru ma’ diversi korpi kostitwiti, għaqdiet ambjentali u għaqdiet non-governattivi oħrajn. |
| Il-Prim Ministru saħaq li huwa permezz | tal-konsultazzjoni u tad-djalogu wiesa’ li embarka fuqu l-Gvern, li jista’ issa jippreżenta r-riforma. Din ir-riforma ġiet magħġuna mill-esperjenza kollettiva ta’ kull min b’xi mod jew ieħor jiġi f’kuntatt mal-Kunsilli Lokali b’mod regolari. |
| Huwa u jitkellem fuq il-kontribut li qed tagħti | l-AKL, il-Prim Ministri sostna li l-Gvern qed jagħti l-għajnuna neċessarja biex l-Assoċjazzjoni twettaq il-ħidma tagħha. Fl-aħħar xhur, l-AKL ngħatat l-għajnuna finanzjarja meħtieġa biex tipparteċipa fl-Open Days tal-Kumitat tar-Reġjuni fi Brussell, u persuna ġiet sekondata biex isservi ta’ liaison fil-ħidma tal-AKL fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984