Left arrow Mur Lura

IL-15 –IL ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-KUNSILLI LOKALI - ATTIVITAJIET FL-ISKEJJEL PRIMARJI

PR1898
Date Icon 04/12/2008
Bħala parti minn ġimgħa ta’ attivitajiet biexjiġi ċelebrat il-15 –il anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta, illum l-iskejjel primarji ta’ Malta u Għawdex organizzaw ġurnata ta’ attivitajiet marbuta mal-Kunsilli Lokali.
Huwa importanti li t-tfal tagħna jifhmu l-importanzatal-Kunsilli Lokali u tar-rwol li għandhom fis-soċjetà u kien b’dan il-ħsieb li t-tfal ġew involuti kemm fil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali u kif ukoll fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-15 –il anniversarju mit-twaqqif tagħhom.
L-attivitajiet li ġew organizzati jvarjaw minnlokalità għall-oħra.  Fost l-oħrajn, f’numru ta’ lokalitajiet, ġew organizzati laqgħat u taħditiet bejn is-Sindki u t-tfal tal-iskola fejn it-tfal kellhom iċ-ċans jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom u jitgħallmu aktar dwar il-Kunsilli Lokali.
Fil-lokalità tal-Imtarfa sar kwizz għat-tfaldwar l-istorja tal-Kunsilli Lokali f’Malta b’attenzjoni partikolari fuq il-Kunsill tal-Imtarfa u fl-Iklin il-Kunsill Lokali qassam numru ta’ kotba lit-tfal.
L-iskola Primarja B tar-Rabat Malta, ddedikatlezzjoni speċjali tal-Istudji Soċjali għall-Kunsilli Lokali.  Fil-Floriana l-attivitajiet kienu jinkludu preżentazzjoni mit-tfal dwar il-Floriana u l-Kunsilli Lokali, qari ta’ poeżiji dwar il-lokalità u intervista mit-tfal ma’ anzjan mill-Floriana.
F’Għawdex uħud mill-attivitajiet, fosthom dawktal-Għarb u ta’ Għajnsielem rabtu l-attività mal-festi tal-Milied.  F’Sannat saret żjara f’siti arkeoloġiċi f’Ta’ Ċenċ u attivitajiet sportivi li saru b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Munxar.
Fil-Qala sar Forum marbut mal-kunċett ta’EkoSkola u fin-Nadur ingħataw premijiet lil dawk li pparteċipaw f’esebizzjoni dwar il-Kunsill Lokali, il-lokalità u l-organizzazzjonijiet li hemm fin-Nadur.
Is-Sindki ta’ Victoria u tax-Xagħra żaru numruta’ klassijiet fl-iskejjel tagħhom u fix-Xewkija kienu l-istudenti li żaru l-uffiċċji tal-Kunsill Lokali.  Kien hemm ukoll tħawwil ta’ sigar fiż-Żebbug u djalogu mas-Sindku f’San Lawrenz.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni Chris Said dalgħodu żar numru ta’ skejjel waqt li kienu għaddejjin dawn l-attivitajiet u ħa l-opportunità biex, bħalma għamel waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni, jitkellem mat-tfal dwar il-Kunsilli Lokali. Fost l-oħrajn Dott. Said żar l-iskejjel ta’ Għajnsielem f’Għawdex, il-Mellieħa, fejn kien hemm ukoll l-ex Sindki tal-lokalità, iż-Żabbar u l-Floriana f’Malta.
Waqt dawn iż-żjarat Chris Said tkellem dwarl-importanza tal-Kunsilli Lokali fil-lokalitajiet speċjalment fil-qasam edukattiv.  Huwa tkellem ukoll mat-tfal dwar l-importanza li dawn jifhmu l-ħidma tal-Kunsill Lokali tagħhom u dwar l-importanza li jrawmu sens ċiviku minn meta jkunu żgħar. Chris Said qal li kull meta niġu biex nagħmlu bidla, l-akbar problema tkun li tibdel il-mentalità. Iżda jekk it-tfal jitilgħu b’sens ċiviku u mħabba lejn il-lokalità tagħhom u pajjiżhom din il-problema ma nibqgħux niltaqgħu magħha fil-futur.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow