ASCENT: STORJA TA’ SUĊĊESS TAL-IMPRENDITURI MALTIN
PR1897
04/12/2008
| 'Fil-katina ta’ | investimenti li qed joħolqu x-xogħol u l-ġid f’pajjiżna m’hemmx biss kumpaniji barranin iżda anke numru ta’ intrapriżi lokali li permezz ta’ investiment f’riċerka u innovazzjoni qed jirnexxilhom joffru prodotti u servizzi tal-aqwa kwalità. Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn flimkien mad-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Ascent Software Ltd, is-Sur Joseph Sultana u s-CEO tal-Maltapost, is-Sur Joe Gafa’, kienet ippreżentata l-istorja ta’ suċċess ta’ din il-kumpanija lokali, li minn idea ta’ tnejn min-nies, illum wara ħames snin waslet biex timpjega ħamsin persuna u qed tagħti kontibut notevoli għas-settur Malti tal-ICT. |
| Il-Ministru Fenech | spjega kif din il-kumpanija gawdiet minn għajnuna min-naħa tal-Gvern permezz ta’ Malta Enterprise b’mod speċjali fil-qasam tal-marketing barra minn pajjiżna. Tonio Fenech qal li l-imprenditur Malti huwa mill-aktar innovattiv u għalhekk pajjiżna għandu potenzjal kbir meta jesporta dawn l-ideat. Is-suċċess ta’ din il-kumpanija huwa rifless f’eċċellenza fil-prodott offrut u dan hu li qed jimmira lejh il-Gvern bil-Viżjoni tiegħu għall-2015. |
| F’din il-konferenza | tħabbar li l-kumpanija Ascent Software laħqet ftehim mas-servizzi postali ta’ tliet pajjiżi, il-Barbados, Guernsey u l-British Virgin Islands biex dawn jibdew jagħmlu użu minn prodott maħluq minnha u li s’issa kien qed jintuża mill-kumpanija lokali Maltapost. Joseph Sultana qal li dan kien possibbli għaliex il-kwalità hija prinċipju fundamentali tal-kumpanija. Huwa rringrazzja lill-Maltapost għall-kooperazzjoni tagħha għaliex iż-żewġ kumpaniji flimkien setgħu jkomplu jiżviluppaw il-prodott biex jirrifletti dejjem aktar il-bżonnijiet ġodda tas-suq. Waqt il-konferenza tkellem ukoll is-CEO tal-Maltapost, is-Sur Joe Gafa’ li faħħar il-kwalità tas-servizz offrut minn din il-kumpanija li kapaċi tadatta s-software provdut minnha għal bżonnijiet speċifiċi tal-Maltapost. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984