Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU SE JIBGĦAT GĦALL-PERSUNA LI HEMM QBIL DWARHA BIEX TINĦATAR KUMMISSARJU GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA

PR1895
Date Icon 04/12/2008
Il-Prim MinistruLawrence Gonzi fil-jiem li ġejjin se jiltaqa’ mal-persuna li dwarha hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li tinħatar Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data.
Jekk dinil-persuna taċċetta, jibdew il-proċeduri amministrattiv biex issir il-ħatra tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data.
Nhar it-Tnejn il-PrimMinistru, ikkomunika mal-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat u ppropona isem biex jinħatar f’din il-kariga.  Il-bieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni informa lill-Prim Ministru li l-oppożizzjoni taqbel mal-isem suġġerit mill-Gvern.
Dak il-ħin il-PrimMinistru informa lill-Kap tal-Oppożizzjoni li hemm proċeduri amministrattivi li jridu jsiru biex il-persuna konċernata, jekk taċċetta, tibda tassumi l-funzjonijiet skont il-liġi.
Biexil-konsultazzjoni tkun effettiva l-Prim Ministru ma kellimx lill-persuna li ppropona hu stess, qabel ma l-oppożizzjoni tkun tat ir-risposta tagħha.  Issa li l-oppożizzjoni qablet, il-Prim Ministru se jibgħat għal persuna u jinfurmaha bil-konsultazzjoni li saret u joffri l-kariga ta’ Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow