IL -15 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-KUNSILLI LOKALI F’MALTA: DISKUSSJONI ROUND TABLE - IL-FUTUR TAL-KUNSILLI LOKALI F’PAJJJIŻNA - L-ERBGĦA 3 TA’ DIĊEMBRU 2008 -FLORIANA
PR1894
04/12/2008
| Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-15-il | anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta il-bieraħ ġiet organizzata Konferenza Round Table bis-suġġett diskuss ikun ‘Il-Futur tal-Kunsilli Lokali f’Malta’. |
| Din il-konferenza kienet immexxija | mill-Professur Henry Frendo u ġiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali Natalino Attard u l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Michael Cohen. |
| Fil-konferenza pparteċipaw ukoll diversi | entitajiet li b’xi mod huma konnessi mal-operat tal-Kunsilli Lokali fosthom il-MEPA, il-GRTU, l-MHRA, il-Kumitati Reġjonali fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-GWU, il-Wasteserve, il-UĦM, Heritage Malta, u is-Superintendence of Heritage. |
| L-entitajiet mistiedna kollha qablu li diġa’ | hemm koperazzjoni tajba ma’ numru ta’ Kunsilli Lokali iżda dan ma jfissirx li m’hemmx bżonn ta’ miljorament. It-tibdil biex iseħħ dan għandu jkun kemm fl-entitajiet infushom u kemm fil-Kunsilli Lokali. |
| L-interventi tal-parteċipanti wrew konsensus li | l-entitajiet u l-awtoritajiet għandhom jifhmu aktar ir-rwol u l-ħtiġijiet tal-Kunsilli Lokali u jiddiskutu magħhom fuq livell elevat bħala Gvernijiet Lokali. Min-naħa tal-Kunsilli Lokali dawn għandhom jaraw li jkun hemm aktar kontinwita’ u kemm jista’ jkun ma jkunx hemm tibdil radikali ta’ policies kull meta jinbidel il-Kunsill. |
| Is-Segretarju Parlamentari responsabbli | mill-Kunsilli Lokali Chris Said inkoraġixxa li jkun hemm djalogu aktar f’saħħtu u kontinwu bejn l-awtoritajiet u entitajiet oħra u l-Kunsilli Lokali. Huwa tkellem ukoll dwar l-importanza tal-kunċett ta’ reġjonalita’ u qal li l-Kunsilli Lokali għandhom jaħdmu aktar flimkien sabiex ikollhom prodotti u servizzi aħjar b’anqas infieq. |
| Chris Said tkellem dwar l-importanza tat-turiżmu | kemm lokali u kemm internazzjonali u qal li l-Gvern mhux biss jemmen li kull lokalita’ għandha l-potenzjal turistiku tagħha iżda ttieħdu wkoll inizjattivi biex jintlaħaq dan l-iskop. Fost dawn l-inizjattivi hemm it-tnedija tal-Local Councils Enterprise Award Scheme li hija skema li tinkoraġixxi lill-Kunsilli Lokali sabiex jinċentivaw l-intrapriża fil-lokalita’ tagħhom. |
| Il-parteċipanti fil-konferenza kollha esprimew | is-sodisfazzjon tagħhom għall-organizzazzjoni ta’ din il-konferenza u qablu li konferenzi simili għandhom jibqgħu jsiru fuq bażi regolari sabiex tkompli tissaħħaħ il-koperazzjoni bejnhom u bejn il-Kunsilli Lokali u eventwalment nilħqu l-iskop tagħna li l-Kunsilli Lokali jilħqu l-aspettativa tar-residenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984