Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-ONOR. TONIO FENECH, MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT, FL-OKKAŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-FABBRIKA L-ĠDIDA TAL-GOLDEN HARVEST - SAN ĠWANN - 3 TA’ DIĊEMBRU 2008

PR1892
Date Icon 04/12/2008

Sinjuri, 

Huwa ta’ sodisfazzjon kbirgħalija li nkun preżenti f’din l-okkażjoni speċjali fejn qed niċċelebraw l-inawgurazzjoni tal-fabbrika ġdida tal-Golden Harvest f’San Ġwann.
Golden Harvest illum huwa isemsinonimu ma’ ħobż ta’ kwalità u huwa wieħed minn dawk l-ismijiet li saru sinonomi mal-kwalità li kapaċi joffri pajjiżna. L-għarfien tiegħu f’pajjiżna huwa notevoli u ninsab infurmat li aktar minn 98% tal-popolazzjoni Maltija tagħraf il-marka Golden Harvest. Dan hu tassew unur għalikom.
Illejla pero’, m’aħniex hawnhekkbiex nitkellmu fuq il-marka biss iżda biex infakkru, u għaliex le, niċċelebraw, is-suċċess u l-evoluzzjoni ta’ dak li beda minn forn f’villaġġ fis-Snin 50 u llum evolva f’kumpless industrijali bl-ogħla teknoloġija tal-akbar kwalità u li jilħaq l-ogħla standards internazzjonali ta’ produzzjoni.
Mhux ta’ b’xejn, kif kellil-opportunità nsir naf fl-inawgurazzjoni uffiċjali dalgħodu, li l-Golden Harvest biex lestiet dan il-kumpless għamlet użu mill-appoġġ u l-għarfien tekniku ta’ numru ta’ konsulenti minn 5 pajjiżi differenti, fosthom mill-Italja u mir-Renju Unit.
Din il-fabbrika nbniet fuq 5sulari f’open plan layout u hi mgħammra b’żewġ linji tal-produzzjoni tal-ħobż li jipprovdu kapaċità addizzjonali ta’ 200% fuq il-linja ta’ produzzjoni preċedenti li kienet tinsab fil-fabbrika l-qadima fil-Gżira. Il-linji l-oħra jinkludu linja għall-prodotti tal-ħelu u oħra tal-ġelati.
Jien konvint li l-ftuħ ta’ dinil-fabbrika se jfisser era ġdida għall-industrija tal-ħobż f’Malta.
L-avveniment tal-lejla majfissirx biss li ftaħna fabbrika tal-ħobż ta’ 13-il miljun ewro iżda tfisser ukoll bidu ta’ missjoni ġdida għad-diretturi tal-kumpanija fil-ħidma tagħhom li n-negozju tagħhom iwassluh lejn fruntieri ġodda. Dawn il-fruntieri ġodda jfissru opportunitajiet lil hinn minn pajjiżna.
Bħala Ministru responsabbligħall-intrapriża din id-deċiżjoni tikkonferma l-ispirtu imprenditorjali impressjonanti li għandna f’pajjiżna. B’dan il-proċess ta’ internazzjonalizzazzjoni tan-negozju, qed inwasslu isem f’pajjiżna lil hin minn xtutna. Dan qed isir possibbli, għaliex l-imprendituri tagħna qed jifhmu l-opportunitajiet kbar li rriżultaw mill-integrazzjoni sħiħa ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea u fiż-żona tal-ewro.
Il-proġetti ta’ din il-kumpanijajmorru lil hinn minn dan. Din qed twettaq ukoll proċess importanti ta’ riċerka biex toħroġ bi prodotti ġodda u innovattivi biex iżommuha fuq quddiem fis-settur tal-ħobż u l-ħelu. Dan hu ta’ importanza fundamentali fid-dinja kompetittiva li qed naħdmu fiha llum.
Għalhekk, nixtieq sinċeramentnifraħ lid-Diretturi tal-Golden Harvest għas-suċċess li kisbu u nawguralhom futur dejjem aħjar.

Grazzi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow