KUMPANIJA INTERNAZZJONALI FIS-SETTUR TA’ L-AVJAZZJONI TAGĦŻEL LIL MALTA BĦALA L-BAŻI TAGĦHA
PR1891
03/12/2008
| Fis-settur ta’ l-avjazzjoni | illum saret kisba ferm importanti hekk kif il-kumpanija internazzjonali Comlux Aviation kienet ippreżentata bl-Air Operational Certificate mill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, Austin Gatt. |
| Din il-kumpanija mill-Iżvizzera | għażlet lil Malta bħala l-bażi tagħha biex tkompli bis-servizzi mill-aktar sofistikati li toffri fil-qasam ta’ l-avjazzjoni. Hi rreġistrat hawn Malta żewġ ajruplani u l-ħsieb tagħha hu li fiż-żmien li ġej tirreġistra aktar ajruplani. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal | li l-preżenza ta’ Comlux Aviation għandha twassal biex Malta tattira operaturi ġodda li jaħdmu fis-settur ta’ l-avjazzjoni. Comlux Aviation diġa’ impjegat sitt uffiċjali, u qed tippjana li żżid l-impjiegi hekk kif l-operat tagħha jkompli jikber tul is-snin. “Dawn huma impjiegi ta’ kwalita’ għolja, li l-ekonomija Maltija għandha tkompli tattira” tenna l-Ministru Gatt. |
| Il-Ministru Austin Gatt tenna | li Malta għandha futur sabiħ fis-settur ta’ l-avjazzjoni, u l-inawgurazzjoni ta’ l-operat minn pajjiżna mill-kumpanija Comlux Aviation hu pass ‘il quddiem f’din id-direzzjoni. “Ir-reġistrazzjoni ta’ l-ajruplani f’Malta jista’ jiġi żviluppat f’niċċa importanti għall-ekonomija bħalma hu r-reġistru tal-bastimenti merkantili” qal il-Ministru Gatt. Hu żied li dan iwassal għal dħul finanzjarju sostanzjali għal dawk kollha involuti fl-industrija kif ukoll il-ħolqien ta’ aktar xogħol u xogħol ta’ kwalita’. |
| Għal dan l-iskop, qal | il-Ministru Gatt, is-sena d-dieħla se jitnieda r-Reġistru Malti għall-Avjazzjoni u dan kollu se jfisser tibdiliet kbar fl-istruttura tad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili kif ukoll inċentivi fiskali, taħriġ u ċertifikazzjoni ta’ intermedjarji kif ukoll tibdil fil-leġiżlazzjoni. |
| Il-Ministru Austin Gatt semma | kif l-livelli għolja ta’ regolamentazzjoni f’Malta konformi ma’ dawk ta’ l-UE, il-qagħda ġeografika ta’ pajjiżna u l-ħidma tad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili waslu biex il-kumpanija Comlux Aviation tagħżel lil pajjiżna. Hu semma wkoll kif l-inċentivi fiskali preżenti kif ukoll il-ħidma li Malta ssir ċentru għat-tiswija ta’ l-ajruplani huma wkoll prova li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Gvern biex tinħoloq industrija tas-servizzi finanzjarji u biex kienet attirata l-kumpanija Lufthansa Technic qed ikomplu jagħtu r-riżultati, tant li qed iħallu effetti pożittivi f’setturi oħra bħal dak ta’ l-avjazzjoni. |
| Il-Ministru Austin Gatt temm | li l-industrija ta’ l-avjazzjoni tista’ tkun settur importanti ħafna għal Malta, li tista’ toħloq postijiet ġodda ta’ xogħol u tkabbir ekonomiku sostenibbli, u dan dejjem jekk inkomplu mexjin f’din id-direzzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984