Left arrow Mur Lura

PRESEPJU ĦAJ FIT‑TEATRU L‑IMWAQQA’ L-BELT

PR1890
Date Icon 03/12/2008
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport, permezz tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, din is-sena qed jipproponi idea ġdida biex tilqa’ lil dawk kollha li jidħlu jżuru l-belt Valletta fil-ġranet tal-Milied.
Minflok it-tinda fi PjazzaĦelsien li fiha kienu jsiru attivitajiet konnessi mal-Milied u jinġabru flus għall-Community Chest Fund, din is-sena se jkun hemm Presepju Ħaj fis-sit tat-Teatru Rjal.
Bejn it‑12 u l‑24 ta’ Diċembruli ġej, dan il-post se jkun qed jilqa’ fih r‑rikostruzzjoni ta’ Betlem u l‑akbar ġrajja li qatt seħħet fl-umanita’.
Il‑Kunsill Malti għall‑Kultura ul‑Arti afda d‑direzzjoni artistika ta’ din l-idea innovattiva f’idejn l-artist u disinjatur Ino Bonello. Fi żmien il‑festi, it-teatru l-imwaqqa’ se jkun post mimli bi tradizzjonijiet, folklor u spiritwalità. Minbarra x‑xenarju u r‑riabilitazzjoni tal‑post, numru ta’ atturi u annimali ta’ diversi speċi se jnisslu fil‑pubbliku li jżur dan il‑presepju il-veru ferħ tal-Milied.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħazagħ u Sport Dolores Cristina dal-għodu żaret ix-xogħol li qed isir fis-sit tat-Teatru Rjal fejn se jkun hemm dan il-Presepju.
F’dan il-presepju minbarral-grotta bil-Bambin, il-Madonna u San Ġużepp, il-baqra u l-ħmara, (kollha tad-demm u l-laħam) se jkun hemm ukoll l-irziezet, l-ilma jgelgel, kif ukoll il-ħwienet tax-xogħol fosthom il-furnar, il-fuħħari, il-ħaddied u tal-ħaxix, filwaqt li d-daqqaqa tradizzjonali bi strumenti tradizzjonali Maltin ma jonqsux ukoll.
Dan il‑Presepju Ħaj se jittella’b’risq il‑Malta Community Chest Fund u se jiġi inawgurat mill‑President ta’ Malta fit‑12 ta’ Diċembru. Id‑dħul għal dan il‑presepju se jkun b’xejn, iżda jiġu apprezzati donazzjonijiet b’risq il-Community Chest Fund.
Il‑Presepju jkun miftuħ kuljumfid‑dati msemmija bejn l‑10.00 a.m. u l‑10.00 p.m. Numru ta’ korijiet ser ikunu qed jilqgħu lill‑pubbliku li jżur dan il‑presepju b’innijiet u kant tal‑Milied, filwaqt li se jsiru wkoll kunċerti mill‑baned tal‑Pulizija u tal‑Forzi Armati.
Rappreżentazzjonijiet animati lijuru l‑wasla tat‑Tliet Slaten Maġi, il‑miġja tar‑rgħajja, il‑Familja Mqaddsa tfittex kenn, suldat Rumani jħabbru d-digriet ta’ Ċesare biex jordna ċensiment, kif ukoll il‑bidu tal‑presepju minn San Franġisk fi Greccio ser isiru bejn it‑12 u l‑14 u bejn id‑19 u l‑21 ta’ Diċembru. Il‑qofol tal‑attivitajiet jintlaħaq bil‑quddiesa tradizzjonali ta’ nofs il-lejl nhar l‑24 ta’ Diċembru. Wara jkun hemm ħelu u xorb tal‑okkażjoni għal dawk preżenti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow