Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-FABBRIKA L-ĠDIDA TAL-GOLDEN HARVEST, - QASAM INDUSTRIJALI TA’ SAN ĠWANN – 3 TA’ DIĊEMBRU 2008

PR1886
Date Icon 03/12/2008
L-inawgurazzjoni ta’ din il-fabbrika ġdidatixhed id-determinazzjoni u s-sens ta’ imprenditorija tal-investitur Malti.
Iċ-ċerimonja tal-lum hija ċelebrazzjoni ta’storja ta’ suċċessi matul dawn it-tnejn u sittin sena li ilha mwaqqfa l-Golden Harvest.  Storja ta’ kumpanija li laqgħet l-isfidi u li dawrithom f’opportunitajiet.  Kumpanija li hi bbażata fuq il-ħiliet tal-ħaddiema u s-sens intraprenditorjali tal-familja Aquilina.  Hija wkoll l-istorja ta’ pajjiżna.
L-ekonomija Maltija u l-poplu Malti dejjem werali kapaċi jegħleb l-isfidi quddiemu.  L-importanti hu li kull sfida narawha bħala opportunità biex inkomplu nirriformaw u ntejbu l-prestazzjoni tagħna.  Bħalissa d-dinja internazzjonali qegħda tħabbat wiċċha ma’ kriżi ekonomika li wkoll tista’ tolqot lil Malta.  Però, m’għandniex naqtgħu qalbna quddiem dawn l-isfidi.
Okkażjonijiet bħal tal-lum huma xhiedatal-potenzjal ekonomiku ta’ pajjiżna.  L-investiment ġewwa pajjiżna huwa għodda importanti biex inkabbru l-potenzjal ekonomiku kif ukoll biex nilqgħu għall-isfidi internazzjonali.
L-aħħar sebat ijiem kienu pożittivi u importantigħall-investiment ġewwa pajjiżna.  Kelli l-unur li niftaħ ħames investimenti ġodda b’valur totali ta’ ‘l fuq minn €65 miljun ewro mifruxin f’numru ta’ oqsma kemm f’Malta u kemm f’Għawdex, tiżwiqa ta’ investiment barrani u investiment lokali.  Ħabbarna wkoll il-ftuħ ta’ fabbrika ġdida f’Għawdex.  Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li f’perijodu fejn l-aħbarijiet internazzjonali huma ddominati mill-għeluq ta’ fabbriki u telf ta’ impjiegi, f’Malta qed nassistu għall-investiment u għat-tkabbir fl-impjiegi.
F’isem il-Gvern, nixtieq nirringrazzjalill-familja Aquilina li bħal Gvern immexxi minni jemmnu bis-sħiħ fil-potenzjal ta’ Malta u tal-Maltin u għall-fatt li huma protagonisti fit-twettieq tal-viżjoni li għandna għal pajjiżna.  Għarfu li biex tkompli tirnexxi trid tħares ‘il quddiem u tinvesti aktar.
Warastorja ta’ suċċessi matul it-tnejn u sittin sena li ilha mwaqqfa, il-kumpanija Golden Harvest iddeċidiet li tinvesti f’fabbrika ġdida li mhux biss tagħti bidu għal kapitlu ġdid fl-istorja tal-kumpanija imma hija pass importanti għall-pajjiż.  B’investiment ta’ aktar minn €20 miljun ewro, din il-fabbrika tħaddem aktar minn 140 ħaddiem u ħa tkompli tiftaħ il-possibbiltajiet għat-tkabbir.  Dan l-investiment huwa xhieda tal-importanza tal-manifattura għall-ekonomija Maltija u għalhekk hija waħda mis-setturi tal-Viżjoni 2015.  Il-Gvern immexxi minni jemmen li l-manifattura ta’ valur miżjud għoli joffri potenzjal għal Malta biex tabilħaqq tkun ċentru ta’ eċċellenza.
Ċentrali għal din il-viżjoni hi r-riċerka u ankef’dan il-każ, il-kumpanija Golden Harvest hija mudell għall-kumpaniji oħra.  Id-dipartiment tar-riċerka f’din il-kumpanija hu xprun ta’ innovazzjoni għall-prodotti ġodda li minnhom igawdu l-konsumaturi.  Dan juri l-importanza tar-riċerka fl-industrija u kemm hi essenzjali biex tabilħaqq il-viżjoni 2015 titwettaq.
Il-Gvern huwa wkoll kommess li l-iżviluppekonomiku jkun msejjes fuq il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli billi jħares lejn l-ambjent.  Xhieda ta’ dan huwa n-numru kbir ta’ inizjattivi favur l-ambjent li l-Gvern introduċa.  Nemmnu, li kulħadd jista jagħti sehmu f’dan il-proċess.  Hawn ukoll nixtieq nifraħ lid-diretturi tal-Golden Harvest għall-impenn tagħhom lejn l-ambjent fl-operat tal-kumpanija.  Id-diretturi utilizzaw l-ispazju tal-bejt billi installaw sistema ta’ photovoltaics u ta’ solar water heating.  Dan l-investiment li sar bl-għajnuna tal-Malta Enterprise wassal biex il-kumpanija tiffranka 18% fuq l-enerġija tagħha.  Huwa tassew eżempju ċar ta’ kif l-inċentivi li l-Gven ħabbar fil-Budget jistgħu jagħmlu differenza fl-operat ta’ kumpanija.  Il-fabbrika wkoll għandha sistema ta’ ħażna tal-ilma kif ukoll sistema ta’ waste management.
Il-Gvern ukoll qiegħed jara li f’binjietpubbliċi jiġu installati sistemi li jagħmlu użu mill-enerġija alternattiva.  Bħalissa fuq 27 binja tal-Gvern hemm installati 27 sistema ta’ photovoltaics panels biex jiġġeneraw l-elettriku għall-Ministeri, dipartimenti u skejjel.

Sinjuri,

Illum mhux biss qegħdin nassistu għall-ftuħ ta’fabbrika ġdida imma wkoll għall-storja ta’ suċċess li minna għandu jitgħallem il-pajjiż u l-industrija kollha speċjalment ta’ kif l-iżvilupp jista’ jkun msejjes fuq il-prinċipji tas-sostenibbiltà.
Nixtieq nawgura l-kumpanija Golden Harvestu lill-familja Aquilina aktar suċċessi fil-futur u huwa unur għalina li jkollna investituri lokali li jagħtu kontribut tant importanti lill-ekonomija Maltija u jgħinu fit-twettiq tal-viżjoni għal pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow