MESSAĠĠ MILL-ONOR. MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, FIL-JUM INTERNAZZJONALI DDEDIKAT LILL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
PR1882
03/12/2008
| In-Nazzjonijiet Uniti | ddikjarat it-3 ta' Diċembru bħala l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabilità. F’Malta għal din is-sena, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità għażlet it-tema "Aċċess għal Kulħadd, Suċċess għal Kulħadd". |
| Bħala poplu | jeħtieġ li nkomplu nifhmu dejjem aktar li aċċess għal kulħadd ifisser li l-persuni kollha, hi x’inhi l-kundizzjoni tagħhom, ikunu jistgħu jgawdu minn dak kollu li toffri s-soċjetà tagħna. Dan jitlob impenn minn kull wieħed u waħda minna. Sfortunatament jekk ma noqgħodux attenti, mingħajr ma nafu u forsi wkoll mingħajr ma rridu, il-persuni b'diżabilità faċilment jistgħu jispiċċaw diskriminati, jew għax il-bini fih it-taraġ u ma fihx rampa jew lift, jew għax website ma ġietx iddisinjata tajjeb għall-persuni neqsin mid-dawl. Jew inkella għax il-programmi tat-television ma fihomx is-sotto titoli u għalhekk il-persuni neqsin mis-smigħ ma jistgħux jifhmuhom. |
| Meta bħala | Soċjetà Maltija nagħmlu sforz biex ninkludu lil kulħadd tkun qed tiggwadanja s-soċjetà kollha. Dan għaliex il-lift ma jgħinx biss lill-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, imma jgħin ukoll lill-anzjani, jew lil dak iż-żagħżugħ li kiser siequ. Tabilħaqq il-lift ma joffrix biss aċċess lill-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti imma joffri aċċess aktar komdu lil kulħadd. Jgħin lil dik il-mara mgħobbija bix-xirja. Ir-rampa tgħin lil min ikun qed jimbotta il-pram. Dan kollu jikkonferma kemm verament aċċess għal kulħadd ifisser suċċess għal kulħadd. |
| F’Malta, fejn l-aqwa | riżors li għandna huma n-nies, ma nistgħux inwarrbu lill-persuni b’diżabilità, mhux biss għax dan hu moralment u legalment ħażin, imma għax pajjiżna għandu bżonn is-sehem u l-kontribut ta’ kulħadd. Il-persuna b’diżabilità aktar mill-ġbir ta’ flus u karità trid id-drittijiet. Ovvjament il-karità u l-ġbir ta’ flus huma importanti u jibqgħu karatteristika tagħna l-Maltin li tagħtina l-identità ta’ poplu li jagħti każ u jimpurtah minn xulxin. Iżda l-akbar kontribut li nistgħu nagħtu hu li nkomplu nbiddlu l-mentalità u nifhmu dejjem aktar li kull persuna anki dak li jbati minn xi diżabilità għandu dritt li jkollu aċċess liberu. |
| Filwaqt li tajjeb | nirrikonoxxu l-progress li sar f’dan il-qasam, tajjeb ukoll li nibqgħu ffukati fuq dak li fadal xi jsir. F’dan is-sens, il-Gvern hu impenjat li jirratifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità. Permezz ta’ din il-Konvenzjoni l-aċċess għal kulħadd ma jibqax kwistjoni ta’ “għażla” iżda jsir “dritt”. |
| F’dan il-jum | il-Gvern jrid isellem lill-persuni kollha b’diżabilità filwaqt li jirringrazzja lil kull min jaħdem ma’ dawn il-persuni għall-impenn u l-ħidma tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984