Left arrow Mur Lura

ĦATRA TA’ DIRETTUR ĠENERALI (INFORMAZZJONI, GVERN LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA)

PR1880
Date Icon 02/12/2008

Is-Sur Martin Bugelli inħatar bħala Direttur Ġenerali (Informazzjoni, Gvern Lokali u Konsultazzjoni Pubblika) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru b’seħħ mis-17 ta’ Novembru, 2008. Is-Sur Bugelli assuma wkoll id-dmirijiet u funzjonijiet ta’ Reġistratur tal-Istampa b’seħħ mit-3 ta’ Diċembru, 2008.  Din il-ħatra, li saret mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, giet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum, 3 ta' Diċembru 2008

Is-Sur Martin Bugelli twieled Bormla fl-1960 urċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta' Bormla u fil-Kulleġġ San Alwigi ta' Birkirkara. Huwa gradwa bħala Speech Therapist fl-1981 u beda’ l-karriera tiegħu fis-servizz pubbliku fl-istess sena mad-Dipartiment tas-Saħħa. Is-Sur Bugelli li huwa llawrjat fl-Ingliż, u għandu Masters fil-Kommunikazzjoni tal-Massa, għandu esperjenza twila fil-qasam tal-komunikazzjoni tal-Gvern fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, fid-Dipartiment tal-Informazzjoni kif ukoll fl-Uffiċċju tal-President ta' Malta. Għal numru ta' snin, huwa ħadem ukoll fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussel.
Huwa miżżewweġ lil Antonella nee Portelli ugħandu tlett itfal subien.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow