ĦATRA TA’ DIRETTUR ĠENERALI (INFORMAZZJONI, GVERN LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA)
PR1880
02/12/2008
Is-Sur Martin Bugelli inħatar bħala Direttur Ġenerali (Informazzjoni, Gvern Lokali u Konsultazzjoni Pubblika) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru b’seħħ mis-17 ta’ Novembru, 2008. Is-Sur Bugelli assuma wkoll id-dmirijiet u funzjonijiet ta’ Reġistratur tal-Istampa b’seħħ mit-3 ta’ Diċembru, 2008. Din il-ħatra, li saret mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, giet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum, 3 ta' Diċembru 2008
| Is-Sur Martin Bugelli twieled Bormla fl-1960 u | rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta' Bormla u fil-Kulleġġ San Alwigi ta' Birkirkara. Huwa gradwa bħala Speech Therapist fl-1981 u beda’ l-karriera tiegħu fis-servizz pubbliku fl-istess sena mad-Dipartiment tas-Saħħa. Is-Sur Bugelli li huwa llawrjat fl-Ingliż, u għandu Masters fil-Kommunikazzjoni tal-Massa, għandu esperjenza twila fil-qasam tal-komunikazzjoni tal-Gvern fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, fid-Dipartiment tal-Informazzjoni kif ukoll fl-Uffiċċju tal-President ta' Malta. Għal numru ta' snin, huwa ħadem ukoll fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussel. |
| Huwa miżżewweġ lil Antonella nee Portelli u | għandu tlett itfal subien. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984