IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI CHRIS SAID JILTAQA’ MAL-KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-KUNSILLI LOKALI STEFAN BUONTEMPO
PR1879
02/12/2008
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said illum kellu laqgħa mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Stefan Buontempo. Waqt din il-laqgħa l-Onorevoli Buontempo, li kien akkumpanjat mill-Kunsillier tal-Partit Laburista fil-lokalita’ tas-Swieqi Mario Fava, ippreżenta l-proposti tal-Partit Laburista dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali. |
| Matul | il-laqgħa Chris Said innota b’sodisfazzjon is-suġġerimenti li ressaq il-Partit Laburista u qal li fil-maġġorparti tagħhom huma proposti li diga’ kellu l-opportunita’ jisma’ u jikkumenta dwarhom matul il-proċess ta’ konsultazzjoni. Dan il-proċess tnieda fit-23 ta’ Mejju 2008 u se jagħlaq nhar is-Sibt li gej. |
| Numru ta’ | proposti mressqa huma fuq l-istess linja ta’ ħsieb tal-Gvern u jew qed jitwettqu jew se jsir xogħol biex jiġi studjat kif jistgħu jitwettqu. Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li dan hu element pożittiv ħafna u jawgura tajjeb għal meta l-proposti għal tibdiliet fil-liġi jigu diskussi bejn iz-zewġ Partiti fil-Parlament. |
| Min-naħa | tiegħu Stefan Buontempo qal li qabel ippreżenta l-proposti il-Partit Laburista iltaqa’ ma’ diversi partijiet interessati ħalli jiġbor l-opinjonijiet ta’ kulħadd. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984