STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT DWAR KORSIJIET TA’ TAĦRIĠ FL-IT LILL-ISTUDENTI TAL-MCAST
PR1878
02/12/2008
L-edukazzjoni m’għandhiex tkun ballun politiku
| L-edukazzjoni ta’ uliedna m’għandhiex tkun | ballun politiku. |
| Id-deputat Laburista Evarist Bartolo reġa’ mhux | jaqbel li istituzzjonijiet privati jingħataw l-inkarigu biex jagħmlu korsijiet ta’ taħriġ fl-IT lill-istudenti tal-MCAST. Dan l-aġir isegwi d-deċiżjoni tiegħu li talab lill-pulizija tinvestiga l-proċess ta’ għoti tat-tenders tal-MCAST tal-IT li wasslet biex 600 student u studenta jkollhom jibdew l-istudji tagħhom xhur tard. |
| Bil-pożizzjoni tiegħu, Evarist Bartolo qed | jixħet dubji fuq is-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż billi qiegħed jallega li l-kumpaniji msemmija huma ħatja mingħajr għadhom ma nstabu ħatja quddiem il-Qrati ta’ pajjiżna. |
| Jekk xi kuntratturi jinsabu ħatja, hemmhekk | jittieħdu l-passi meħtieġa kif jistipula l-kuntratt kif ukoll mil-liġi. |
| Il-Partit Laburista, mill-kumdità | tal-Oppożizzjoni jiflaħ jibqa’ jagħmel mill-edukazzjoni logħba politika, iżda l-Gvern irid jimxi b’responsabbiltà u jrid li l-istudenti jkollhom l-opportunità li jsegwu l-korsijiet li jixtiequ huma, kif ukoll tal-industrija u tal-pajjiż li jistenna mill-istituzzjonijiet edukattivi tagħna studenti mħarrġa biex isostnu l-investiment li qed jinġieb lejn pajjiżna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984