Left arrow Go Back

L-ONOR. CHRIS SAID INIEDI PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR POLICY ĠDIDA TA’  KLASSIFIKAZZJONI TA’ TOROQ FIŻ-ŻONI TA’ KONSERVAZZJONI URBANA

PR1877
Date Icon 02/12/2008
L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjentu l-Ippjanar qegħda fil-fażi li tiffinalizza l-abbozz ta’ proposti dwar il-klassifikazzjoni tat-toroq fiż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana qabel ma toħroġhom għall-konsultazzjoni pubblika.
Huma erbgħa ż-żoni fil-PjanLokali li se jintlaqtu minn dan l-eżerċizzju.  Dawn huma lokalitajiet li jaqgħu fiż-żoni tal-Pjani Lokali tan-naħa t’isfel u dak tal-Majjistral ta’ Malta, il-Pjan Lokali għan-naħat ta’ Marsaxlokk u dak għaċ-ċentru ta’ Malta.

L-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni meta fetaħ din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni, irrefera għall-impenn tal-Gvern illi qabel jittieħdu deċiżjonijiet importanti, jikkonsulta mas-setturi interessati.  Il-konsultazzjoni qed titħaddem b’mod kontinwu u wiesa’.

Tkellemukoll dwar l-importanza tas-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi f’ dawn il-proċessi specjalment fil-każ tal-proċess li jrid iwassal għal policy ġdida ta’ street categorization fl-urban conservation areas.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said ħeġġeġ lir-rappreżentanti tal-għaqdiet preżenti sabiex jagħtu s-suġġerimenti tagħhom fuq dan l-ezerċizzju li sar bil-ħidma ta’ diversi taqsimiet tal-MEPA, biex b’hekk ikun assigurat illi meta tittieħed d-deċiżjoni finali din tkun ibbażata fuq ir-reazzjonjiiet li l-MEPA tkun irċeviet u tkun l-aħjar deċiżjoni possibli.
Is-SegretarjuParlamentari ħabbar li dan il-proċess ta’ konsultazzjoni ser jitkompla b’numru ta’ laqgħat oħra fosthom laqgħa mal-Kunsilli Lokali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow