Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport iżur il-Festival tat-Tag Rugby għall-iskejjel primarji tal-Istat

PR1876
Date Icon 02/12/2008
"Is-Segretarjat Parlamentarigħaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport nidew proġett pilota bil-għan li l-istudenti tal-Kulleġġi tal-istat jingħataw aċċess għal ħin itwal għall-eżerċizzju fiżiku u l-isport.”
Dan ħabbru s-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli meta indirizza lill-media fi tmiem festival ta’ ‘tag rugby’ organizzat għall-istudenti tas-sitt sena fl-iskejjel primarji tal-istat. Matul dan il-festival li sar fuq jumejn ħadu sehem aktar minn 270 tifel u tifla minn 19 –il skola primarja.  Dan huwa wieħed minn serje ta’ festivals li qed jiġu organizzati tul is-sena bil-parteċipazzjoni ta’ diversi għaqdiet sportivi.
Clyde Puli qal li minn din is-senaskolastika, twaqqaf unit fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport, li għandu l-għan li flimkien ma’ l-għaqdiet sportivi joffri sessjonijiet ta’ attività fiżika u sport lill-istudent waqt il-ħin ta’ l-iskola. Bħalissa dan il-proġett pilota qed jaħdem fil-Kulleġġi ta’ San Injazju, Santa Tereża u San Tumas Moore li b’kollox għandhom fi ħdanhom 10 skejjel sekondarji u 17-il skola primarja.
Is-Segretarju Parlamentariqal li minbarra s-sessjonijiet b’taħriġ fl-eżerċizzju fiżiku u l-isport f’dawn il-kulleġġi qed isiru wkoll festivals ta’ sport fuq livell nazzjonali li għalihom qed jattendu l-iskejjel l-oħra li ma jiffurmawx parti mill-kulleġġi fil-progett pilota. Barra minnhekk il-Kunsill Malti għall-Isport qed jassisti lil dawk l-iskejjel li jkunu jridu biex jorganizzaw attivitajiet sportivi.  Fil-fatt l-iskola taż-Żejtun organizzat Hockey Day u ta’ Ħal Luqa organizzat Fun Run u diversi attivitajiet sportivi oħra.
Clyde Puli qal li danil-proġett pilota jikkumplimenta l-viżjoni fir-riforma fis-sistema ta’ l-eżami 11+ f’pajjiżna, fejn permezz tar-riforma ser ikun hemm lok biex tonqos il-pressjoni u jiżdied il-ħin għall-eżerċizzju fiżiku u l-isport waqt u wara l-ħin ta’ l-iskola.
Clyde Puli qal li studjili saru kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment juru li dawk l-istudenti li jipprattikaw attività fiżika jew sportiva mhux biss ma jitilfu xejn mis-suċċess akkademiku tagħhom imma wkoll ikunu ppreparati tajjeb biex jaffrontaw l-isfidi li toffrilhom il-ħajja wara li jtemmu l-istudji tagħhom. Dan minbarra benefiċċji fis-saħħa fiżika u mentali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow