IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI L-ONOR. CHRIS SAID, JATTENDI GĦAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TA’ JUM FONTANA
PR1872
02/12/2008
| Il-Kunsill Lokali | tal-Fontana huwa eżempju ċar ta’ kif l-Kunsilli Lokali biddlu l-lokalitajiet tagħna f’dawn l-aħħar ħmistax-il sena. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni l-Onor. Chris Said meta ppresieda attivita’ sabiex tfakkar Jum il-Fontana u l-Ħmistax-il Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalita’ żgħira f’ Għawdex. |
| F’ din l-okkażjoni | s-Segretarju Parlamentari faħħar il-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Fontana li mill-bidu nett ħadem bla waqfien biex illum fost l-oħrajn kull triq fil-Fontana hija re-surfaced, saru bankini ġodda kullimkien, pavimentar fl-isqaqien kollha, dwal energy saving fit-toroq prinċipali, numru ta’ belvederes, playing field ġdid, restawr ta’ għejjun storiċi, passaġġi fil-kampanja, bini ta’ sala ġdida tal-komunita’ u numru kbir ta’ attivitajiet kulturali għall-anzjani, tfal u żgħażagħ. |
| Il-Kunsill Lokali | tal-Fontana f’ kull rapport ta’ effiċċjenza dwar il-ħidma tal-Kunsilli Lokali li joħrog kull sena dejjem ingħata punti għoljin għal ħidma li jwettaq biex iżomm il-lokalita’ fl-aħjar kundizzjoni. Dott. Chris Said awgura li r-residenti tal-Fontana jkomplu jsostnu u jikkoperaw mal-Kunsill tagħhom kif għamlu sallum biex dan ikompli jaħdem għal ġid tagħhom. |
| Dott. Said | irringrazzja lil dawk kollha li servew bħala Kunsilliera fil-Kunsill Lokali tal-Fontana f’ dawn il-ħmistax-il sena u b’ mod partikluari lis-Sindku Saviour Borg illi ilu jservi fil-Kunsill sa mit-twaqqif tiegħu. |
| F’ din l-attivita’ | ngħata wkoll Gieħ il-Fontana lill-aħwa Carmen u Georgina Galea illi ħadmu għal snin twal fil-qasam tal-edukazzjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984