Left arrow Mur Lura

RISPOSTA TAL-GVERN GĦAR-REAZZJONI INIZJALI TAL-PARTIT LABURISTA GĦAR-RIFORMA TAL-KUNSILLI LOKALI

PR1871
Date Icon 01/12/2008
Il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon is-suġġerimentili ressaq il-Partit Laburista bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-Kunsilli Lokali.
Is-suġġerimenti li ta l-Partit Laburistafil-maġġorparti tagħhom huma dawk li l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni kellu l-opportunita’ jisma u jikkumenta dwarhom matul il-proċess ta’ konsultazzjoni li ser jingħalaq propju nhar is-Sibt li ġej u li nieda sitt xhur ilu, eżattament fit-23 ta’ Mejju, 2008.
Uħud mis-suġġerimenti huma affarijiet li diġa’qed jitwettqu – per eżempju proposta 20.0 ‘Il-Partit Laburista jemmen li wasal iż-żmien li l-Uffiċċju tal-Ombudsman ikun jista’ jeżamina l-ħidma tal-Kunsilli Lokali’.  Sa minn meta twaqqaf l-Uffiċċju tal-Ombudsman; l-Ombudsman eżamina l-ħidma tal-Kunsilli fejn kien hemm ilmenti mill-pubbliku.  Infatti fl-aħħar rapport tal-Ombudsman hemm li ġew investigati 33 ilment fuq il-Kunsilli Lokali.
Fil-proposta 13.1 il-Partit Laburista qed jgħidli mhux sodisfatt li qed jitqassmu l-fondi speċjali meta huwa fatt li sa issa ma hemmx fondi speċjali, u l-fondi li qed jitqassmu huma skond il-formola li hemm fil-liġi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow