RISPOSTA TAL-GVERN GĦAR-REAZZJONI INIZJALI TAL-PARTIT LABURISTA GĦAR-RIFORMA TAL-KUNSILLI LOKALI
PR1871
01/12/2008
| Il-Gvern jinnota b’sodisfazzjon is-suġġerimenti | li ressaq il-Partit Laburista bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-Kunsilli Lokali. |
| Is-suġġerimenti li ta l-Partit Laburista | fil-maġġorparti tagħhom huma dawk li l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni kellu l-opportunita’ jisma u jikkumenta dwarhom matul il-proċess ta’ konsultazzjoni li ser jingħalaq propju nhar is-Sibt li ġej u li nieda sitt xhur ilu, eżattament fit-23 ta’ Mejju, 2008. |
| Uħud mis-suġġerimenti huma affarijiet li diġa’ | qed jitwettqu – per eżempju proposta 20.0 ‘Il-Partit Laburista jemmen li wasal iż-żmien li l-Uffiċċju tal-Ombudsman ikun jista’ jeżamina l-ħidma tal-Kunsilli Lokali’. Sa minn meta twaqqaf l-Uffiċċju tal-Ombudsman; l-Ombudsman eżamina l-ħidma tal-Kunsilli fejn kien hemm ilmenti mill-pubbliku. Infatti fl-aħħar rapport tal-Ombudsman hemm li ġew investigati 33 ilment fuq il-Kunsilli Lokali. |
| Fil-proposta 13.1 il-Partit Laburista qed jgħid | li mhux sodisfatt li qed jitqassmu l-fondi speċjali meta huwa fatt li sa issa ma hemmx fondi speċjali, u l-fondi li qed jitqassmu huma skond il-formola li hemm fil-liġi. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984