Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN JASSISTI LIĊ-ĊITTADINI MALTIN LI NQABBDU FIT-TAJLANDJA

PR1869
Date Icon 01/12/2008
Tmien Maltin maqbudafit-Tajlandja se jkunu qed jirritornaw lura Malta fil-jiem li ġejjin
Hemm b’kollox tmien Maltin li nqabbdufit-Tajlandja u ma setgħux iħallu l-pajjiż kawża tal-inċidenti li seħħew fl-aħħar jiem fl-ajruport ta’ Bangkok.
Tnejn mill-Maltin maqbudafit-Tajlandja huma mistennija lura Malta għada. Is-sitt persuni l-oħra se jkunu qed jaslu lura Malta iktar tard din il-ġimgħa. Sadattant fadal Malti wieħed li għadu qed isir arranġament dwar kif dan għandu jirritorna lejn Malta.
Il-Viċi Prim Ministru uMinistru għall-Affarijiet Barranin spjega li is-sitwazzjoni f’Bangkok hija waħda ta’ konfużjoni kbira. Il-prijorita’ tal-Gvern Malti f’dan ir-rigward hija li jassigura li ċittadini Maltin jingħataw l-għajnuna meħtieġa sabiex jiġi assigurat li dawn jaslu lura Malta mill-iktar fis possibbli.
Il-Ministru Tonio Borgfilwaqt li faħħar ix-xogħol siewi li wettaq il-Konslu għal Malta fit-Tajlandja Niphan Benjavilas, irringrazzja wkoll lil ħaddiema li jaħdmu fi ħdan id-Direttorat tal-Protokoll għal ħidma tagħhom fl-aħħar sigħat sabiex dan kollu kien possibbli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow