Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIZORSI U L-AFFARIJIET RURALI

PR1865
Date Icon 01/12/2008
Il-Kummissjoni Ewropeatikkonferma li d-Divizjoni tas-Sajd mxiet b’regolarita’ u li Malta mhiex taħt investigazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-industrija lokali tat-tonn.
Il-Kummissjoni Ewropeakkonfermat li l-akkużi u l-kampanja ta’ qerq li saret kontra Malta fl-aħħar xhur dwar allegati irregolaritajiet f’dikjarazzjonijiet dwar il-qabda tat-tonn u t-tonn li ddaħħal fil-gaġeġ minn Malta fl-2007 u fl-2008 ma kellhom l-ebda bażi – anzi kienu bbażati biss fuq żball ta’ typing li twettaq minn xi funzjonarju tal-Kummissjoni Ewropea.  Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat ukoll dak li ilu jingħad mid-Dipartiment tas-Sajd - li mhuwiex minnu li Malta tinsab taħt xi investigazzjoni speċifika dwar l-immaniġġjar tal-industrija lokali tat-tonn.
Din il-kampanja ta’ tfigħ ta’tajn u qlajjiet bdiet minn NGOs ambjentali barranin u ġiet ripetuta f’Malta mill-Oppożizzjoni Laburista, mill-Partit tal-Alternattiva Demokratika u minn sezzjoni lokali tal-istampa li sal-bieraħ stess baqgħet tirrepeti l-allegazzjonijiet minkejja d-diversi kjarifiki u stqarrijiet li nħarġu b’mod sistematiku u regolari mit-Taqsima tal-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd.
Il-Ministeru għar-Riżorsi ul-Affarijiet Rurali jesiġi li dawn l-individwi li ppruvaw jagħmlu ħsara lill-kredibbilita’ ta’ Malta jirrikonoxxu li bbażaw l-akkużi tagħhom fuq sempliċi żball.  Dawn l-istess stakeholders għażlu li jirrepetu allegazzjonijiet infondati minflok ma jaċċettaw invit miftuħ tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali biex kull min hu interessat jiċċekkja r-rekords kollha għall-affari tiegħu.
Dan mhu xejn għajropportuniżmu ta’ min irid jara ma’ xiex jaqbad f’tentattiv iddisprat li jħammeġ u jipprova jiskredita x-xogħol ta’ kontroll u monitoraġġ li jsir mit-Taqsima tal-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd.
Il-Ministeru jtenni l-impenntiegħu li jimmaniġġja din l-industrija tant importanti f’konformita’ mar-regoli Ewropej u internazzjonali, u b’rispett lejn is-sostenibbilita’ tal-ispeċi tat-tonn.  Il-Ministeru mhux se jiddefendi lil min jinqabad iwettaq xi illegalita’, pero fl-istess waqt jiddeplora bil-qawwa kollha lil min, għal skopijiet ta’ opportuniżmu jew partiġġjanizmu jipprova jħammeġ il-kredibilita’ ta’ pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow