Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru gĦall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni: Dr. Joseph Muscat hu kontra li r-Ramla tal-Għadira tikber b’34,500 metru kwadru

PR1864
Date Icon 01/12/2008
Mid-diskors li għamel il-bieraħ, il-Kaptal-Oppozizzjoni, l-Onor. Joseph Muscat, hu ċar li hu u l-Partit Laburista, huma kontra li r-Ramla tal-Għadira tikber bi 34,5000 metru kwadru – l-akbar estensjoni ta’ bajja li qatt tkun saret Malta – biex b’hekk l-Għadira terġa’ lura għal kif kienet ħafna snin ilu u tkun tista’ titgawda aħjar kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti.
L-għan tal-Gvern hu li jinħoloq ambjent bħal daktar-Ramla f’Għawdex fejn il-bajja testendi b’mod naturali fil-wied ta’ warajha, ambjent li hu ċertament ħafna aħjar minn dak li hemm illum, l-Għadira.
L-espansjoni tal-bajja b’34,5000 metru kwadruiseħħ, għax hi l-intenzjoni tal-Gvern illi t-triq preżenti tinqala’ kollha kemm hi, u b’hekk ir-ramel li qiegħed hemm taħt it-triq jerġa’ jibda jitgawda.  B’dan il-proġett inkunu qed nieħdu wkoll inizjativa importanti għall-prodott turistiku tagħna billi nkunu qed noħolqu bajja li tikkompeti sew mal-ħafna li jeżistu fil-Mediterran.

Jidher ukoll li l-Onor. Joseph  Muscat ma jistax iġib waħda tajba għax ippropona li jsir “Irish Bridge” fuq it-triq eżistenti, meta dan il-“bridge” kien ġie propost mill-Ministru Jesmond Mugliett u kienu oġġezzjonaw għalih l-istess organizzazzjonijiet li llum, qed joġġezzjonaw għall-proposta li qegħed issir illum.

Il-Ministerugħall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni jfakkar lil Kap ta’ l-Oppozizzjoni li s’issa l-Gvern ressaq ħames proposti b’kollox, tlieta minnhom li jinvolvu ż-żamma tat-triq tal-lum u kollha kemm huma ġew oġġezzjonati.
Hu fatt magħruf li bajjagħandha tibqa’ konnessa mal-vallata ta’ warajha għaliex ir-riġenerazzjoni tal-bajja ma ssirx mill-baħar (kif jaħsbu ħafna), iżda mill-art; mis-sediment li mill-widien jimxi għall-baħar. Ovvjament, hemm ħafna aktar kundizzjonijiet li jaffettwaw ir-ramla iżda l-konnessjoni tar-ramla mal-wied hu fattur indispensabbli.  Fil-fatt dan kien fattur determinanti fid-distruzzjoni tal-bajjiet ta’ Marsalforn, Xlendi, Balluta, San Ġorġ u oħrajn.  Qed nirriskjaw li fl-Għadira jiġrilna l-istess.

...+map

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow