Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli jifraħ lit-tlett ġerrejja Maltin wara s-suċċess li kisbu f’Laval fi Franza

PR1862
Date Icon 01/12/2008
Tlett ġerrejja Maltin, Charles Camilleri,Michael Ellul u Julian Farrugia irnexxielhom jiksbu l-ewwel tlett postijiet fost 16-il ġerrej fil-Prix de Malte li sar fil-korsa taż-żwiemel ta’ Laval fi Franza. Din kienet il-ħames edizzjoni ta’ din it-tiġrija fejn fiha jieħdu sehem l-aqwa ġerrejja Maltin u fost l-aqwa Franciżi.
F’kuntatt telefoniku wara t-tiġrija s-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli feraħ lil dawn it-tlett ġerrejja li rnexxielhom jakkwistaw l-ewwel tlett postijiet f’din it-tiġrija. Clyde Puli awguralhom għal dan l-ewwel suċċess miksub minn ġerrejja Maltin fil-Prix de Malte. Fil-fatt din kienet l-ewwel darba li ġerrej Malti irnexxielu jirbaħ din it-tiġrija. Il-ġerrejja l-oħra Maltin li ħadu sehem f’din it-tiġrija kienu David Ellul, Tony Demanuele, Brian Hili, iż-żagħżugħ Rodney Gatt u George Attard.
Din it-tiġrija hija organizzata mis-Société duCheval Français bil-kollaborazzjoni tal-Malta Racing Club fejn ta’ kull sena, ġerrejja Maltin jitilgħu Franza sabiex jipparteċipaw ma’ ġerrejja Franċiżi.
Dan l-avveniment jiġi reċiprokat billigħall-ħabta ta’ Mejju ta’ kull sena, ġerrejja Franċiżi jżuru Malta sabiex itellqu ma’ ġerrejja Maltin fil-Prix di Société du Cheval Français.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow