Left arrow Go Back

TNEDIJA TAL-KAMPANJA GĦALL-PREVENZJONI MILL-AIDS

PR1861
Date Icon 01/12/2008
Bħal kull senafl-ewwel ta’ Diċembru, inġbarna biex infakkru l-jum dinji ta’ l-AIDS li qed jiġi mfakkar fid-dinja kollha biex nqajjmu kuxjenza fuq din il-marda. Nafu lin-numru ta’ nies li qed jgħixu bl-HIV u l-AIDS kull sena fi-dinja jiżdiedu  u ngħoddu ’l fuq minn 43 miljun persuna.
F’Malta wkoll nafuli l-infezzjonijiet trasmessi mis-sess, fosthom l-HIV, qegħdin magħna u r-rati kull ma jmur jitilgħu. Għalkemm nafu li parti minn din ir-raġuni hija li n-nies huma iktar konxji ta’ saħħithom u allura għandna iktar nies li jfittxu check-ups u għajnuna, nafu wkoll li żdiedu l-persuni li jidħlu fi stil ta’ ħajja riskju u dawn mhux biss żgħażagħ iżda anki adulti.
Għat-tieni senakonsekuttiva, l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għażlet it-tema ta’ Leadership fuq xiex niffokaw l-attenzjoni tagħna għal din is-sena. Għalfejn din it-tema ta’ leadership? Għaliex il-leaders fis-soċjeta’ huma dawk il-persuni li jafu jkunu innovattivi u li jieħdu azzjoni. Huma dawk li jipperseveraw quddiem l-ostakli u diffikultajiet u jaħdmu sabiex iwasslu l-messaġġ biex jaraw differenza u joffru gwida għal ħaddieħor.
F’dan il-jumgħalhekk nħoss li huwa importanti li mhux talli nqajjmu kuxjenza fuq din il-marda, iżda li nistieden lil membri kollha tal-komunita’ biex ikunu fil-fatt leaders fil-ġlieda kontra din il-marda u li kollha flimkien nagħtu sehemna biex inwaqqfu l-firxa ta’ l-HIV/AIDS. Fil-familja, fil-post tax-xogħol, barra mal-ħbieb – kull okkażjoni hija tajba biex tiffaċilita bniedem jagħmel għażla tajba għal saħħtu.
Il-messaġġ tagħnalejn il-prevenzjoni ta’ l-HIV/AIDS huwa dejjem wieħed ibbażat fuq l-ABCD: – Li l-persuni jistennew u jastjenu mis-sess; li jkunu lejali lejn il-partner tagħhom, li jintużaw il-kondoms kull meta jsir is-sess, li ma nagħmlux użu mid-droga u li jagħmlu testijiet u check-ups regolari biex nżommu f’saħħitna u nipproteġu wkoll lil ta’ madwarna.
Bħala sforz minn naħa tad-Dipartimenttal-Promozjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard biex jindirizza il-problema ta’ l-STIs ġiet imfassla kampanja għal tul dan ix-xahar.
Mil-lum l-ewwel ta’ Diċembru ser tibda kampanjaimmirata għal żgħażagħ u li ser iġġorr magħha l-messaġġ ‘Why don’t we.. Wait, Be faithful, Use condoms responsibly’: Avoid STIs have healthy sexual relationships.
L-għan ta’ din il-kampanja huwa li nippromwovumessaġġ ta’ prevenzjoni u li nwasslu aktar informazzjoni biex ngħinu lill-adoloxxenti u żgħażagħ jiddiskutu u jagħmlu deċiżjoni infurmati għal saħħithom. Il-grafika ta’ din il-kampanja hija waħda li tapella għal ġenerazzjoni żagħżugħa u ser tkun qed tintuża wkoll f’edizzjoni ġdida tal-ktejjeb ‘Is-saħħa sesswali’ li ser jinkludi ideat minn żgħażagħ stess.
Matul ix-xahar ta’ Diċembru ser ikunu qed jidhrureklami f’bosta clubs u minn Jannar hemm pjanati reklami fuq stazzjonijiet tar-radju u bus shelters.   Minnkejja li l-kampanja tintemm fl-aħħar ta’ Jannar ix-xogħol mal-pubbliku jibqa’ għaddej is-sena kollha. Nisperaw għalhekk li l-messaġġ tagħha jibqa’ jiġi mifrux mil-bqija tal-membri tal-komunita’ biex flimkien naħdmu għal saħħa aħjar.
Għalaktar dettalji fuq din il-kampanja jew dwar aspett tas-saħħa sesswali l-pubbliku jista’ jċempel fuq is-sexual health helpline fuq 23266121 jew lid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fuq 23266000.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow