Left arrow Mur Lura

Reazzjoni tal-Viċi Prim Ministru Tonio Borg għad-dĦul tal-Isvizzera fiŻ-Żona Schengen:  Benefiċċju ieħor għall-Maltin u Għawdxin

PR1859
Date Icon 01/12/2008
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin, Tonio Borg laqa` b`sodisfazzjon l-aħbar  li l-kontrolli tal-persuni fil-fruntieri bejn l-Isvizzera u l-pajjżi Ewropej li adottaw ix-Schengen, inkluża Malta, se jitneħħew.
Dawnil-fruntieri se jitneħħew f`żewġ stadji: dawk tal-art fit-12 ta` Diċembru 2008 u dawk tal-ajru fid-29 ta` Marzu, 2009.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg stqarr lid-dħul ta' Malta fiż-żona Schengen kien mument storiku ieħor fl-istorja ta’ pajjiżna għaliex waqgħu l-fruntieri interni bejn disa' mill-pajjiżi l-ġodda ta' l-UE, fosthom Malta u l-kumplament tal-pajjiżi ta' l-UE li diġa' huma parti miż-żona Schengen.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg qal liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha issa jistgħu jmorru fl-Isvizzera mingħajr kontrolli fil-fruntiera; minkejja li mhix fl-Unjoni Ewropea, l-Isvizzera xorta iddeċidiet bħan-Norveġja, u l-Islanda li tidħol fis-sistema Schengen.
Danjapplika wkoll għal pajjiżi li llum il-ġurnata, flimkien ma’ Malta, jagħmlu parti miż-żona Schengen li huma l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ceka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, Spanja u  l-Isvezja.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow