Left arrow Mur Lura

Stqarrija maĦruĠa mill-Ministeru gĦall-Politika SoĊjali

PR1858
Date Icon 01/12/2008
B’referenzagħall-stqarrija maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea (IP/08/1821) fis-27 ta’ Novembru 2008 li fiha il-Kummissjoni ħabbret li ntbgħatet Opinjoni Motivata lil 6 Stati Membri, fosthom Malta, minħabba li ma ttrasponewx korrettament id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa f’dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ vokazzjonali, u promozzjoni u kundizzjonijiet ta’ xogħol, il-Ministeru għall-Politika Soċjali jixtieq jenfasizza dan li ġej.
Il-Gvern Malti hugħal kollox impenjat favur it-tneħħija tad-diskriminazzjoni f’pajjiżna u dan huwa rifless fid-diversi liġijiet u inizjattivi li saru u twettqu fl-aħħar snin f’dan il-qasam. Dawn il-ligijiet, flimkien ma’ diversi inizjattivi oħra, għenu sabiex titnaqqas sostenzjalment id-diskriminazzjoni f’pajjiżna.
Fid-dawl ta’ dan,l-Gvern se jkun qed janalizza bir-reqqa kollha l-Opinjoni Motivata mibgħuta mill-Kummissjoni u jwieġeb skond ma jirriżulta minn dik l-analizi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow