NAĦDMU FLIMKIEN KONTRA L-VJOLENZA DOMESTIKA
PR1814
25/11/2008
| Il-25 ta’ Novembru hija assoċjata bħala | l-ġurnata Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa. Bħal kull sena, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika torganizza xi attività sabiex tfakkar din il-ġurnata. Din is-sena, il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika ħasset il-ħtieġa li torganizza seminar bl-isem ‘Working together to combat Domestic Violence’. Għal dan is-seminar kienu mistiedna membri mill-Ġudikatura, Avukati, Pulizija, Ħaddiema Soċjali kif ukoll nies li għaddew minn esperjenza ta’ vjolenza domestika. |
| Fost il-kelliema, | ġiet mistiedna Dr Silvia Thaller, Imħallef mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Awstrija. Hija tkellmet dwar il-‘Protection Act against Domestic Violence’ li jeżisti fl-Awstrija u kif ġie applikat. |
| Il-Ministru | għall-Politika Soċjali, John Dalli fetaħ dan is-seminar. Fid-diskors tiegħu, huwa assigura lill-udjenza illi anki jekk id-dekasteru tiegħu bħala Ministru għall-Politika Soċjali huwa kbir, lest li jagħti importanza lill-qasam tal-vjolenza domestika. Tkellem ukoll dwar l-importanza li r-riżorsi li jeżistu f’dan il-qasam jintużaw b’mod effiċjenti u effettiv, u li biex dan isseħħ hemm bżonn li kulħadd jiġbed ħabel wieħed, li kulħadd jaħdem id f’id għall-ġid ta’ dawk in-nies li għandhom bżonn tas-servizzi. Il-Ministru Dalli faħħar il-professjonijiet li jaħdmu man-nies li jgħaddu minn dawn l-esperjenzi tant kiefra, il-pulizija, il-Qrati, il-ħaddiema soċjali u oħrajn, u inkoraġġiehom jużaw din l-opportunità biex jitkellmu bejniethom biex is-servizzi dejjem ikomplu jitjiebu. |
| Il-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici, Ministru | tal-Ġustizzja u l-Intern għamel id-diskors tal-għeluq. Hu semma l-fatt li billi hemm dawn id-diversi professjonijiet li jmissu mal-problema ta’ vjolenza domestika hemm ukoll diversi Ministeri li jridu jaħdmu flimkien biex tinstab soluzzjoni. Jispera li dan is-seminar għen lill- parteċipanti, ġejjin minn fejn ġejjin, biex jaħdmu flimkien bħala tim. Qal ukoll li avolja jeżistu diffikultajiet irridu wkoll nirrikonoxxu x-xogħol siewi li għaddej kuljum kemm mill-pulizija, il-qrati, il-ħaddiema soċjali, ix-xelters, u kull min jaħdem f’dan is-settur. |
| Ic-Chairperson tal-Kummissjoni dwar | il-Vjolenza Domestika, Dr Marceline Naudi, spjegat li l-għan ta’ dan is-seminar kien sabiex wieħed jidentifika fejn wieħed jista’ jaħdem aħjar sabiex dawk in-nies li jgħaddu minn esperjenza ta’ vjolenza domestika jkollhom l-aħjar servizz. Dan is-seminar serva wkoll sabiex jiġu identifikati kif tista’ titjieb il-kollaborazzjoni bejn il-pulizija u l-ħaddiema soċjali u l-ġudikatura. Għalhekk tkellmu ukoll l-Assistant Kummissarju, Michael Cassar, l-Avukat Dr Christine Bellizzi, Il-Ħaddiema Soċjali li tmexxi l-unit fuq il-vjolenza domestika tal-Aġenzija Appoġġ, Doreen Camilleri, u anki mara li hi stess għaddiet minn dawn l-esperjenzi, u użat is-servizzi. Il-partiċipanti kollha kellhom l-opportunità li jiddiskutu l-problemi li jeżistu, u kif l-aħjar jiġu solvuti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984