Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA MAĦRUĠA MILL–MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI

PR1808
Date Icon 25/11/2008
B’referenza għall-istqarrija maħruġamill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali –‘Is-sitwazzjoni tal-iskart f’pajjiżna’, il-Gvern ifakkar li l-isforzi kollha li qegħdin isiru favur l-ambjent tagħna, huma importanti mhux biss għal benefiċċju ambjentali iżda wkoll minħabba l-impatt negattiv li jista’ jkun hemm fuq saħħet il-bniedem.
Fost il-ħafna żviluppi li seħħewmatul dan l-aħħar snin insibu l-immodernizzar tal-infrastruttura fejn twaqqfu u ġew immodernizzati impjanti differenti, bdiet dieħla l-kultura tas-separazzjoni fid-djar u anki twaqqfu siti bħal Bring-in Sites u ċ-Ċentri tal-Iskart Goff, għall-użu tal-pubbliku.  Sa nofs din is-sena kien diġa’ nġabar l-istess ammont ta’ skart riċiklabbli li kien inġabar matul is-sena 2006. Dan juri kemm kulħadd qed jifhem l-importanza li nisseparaw l-iskart.

Għalhekk, issa li ħafna mill-miri stabbiliti mill-istrateġija ntlaħqu, hemm il-ħtieġa ta’ reviżjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna, sabiex inkomplu nibnu fuq is-suċċess miksub, liema suċċess inkiseb bl-għajnuna ta’ kulħadd.

F’kull stadju tal-istrateġija l-Gvern jisħaq dwar l-importanza li jibqa’ jkun hemm djalogu miftuħ għall-partijiet kollha kkonċernati sabiex l-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna jibqa’ jkun sostenibbli u mingħajr ma jkun ta’ detriment għas-saħħa tal-bniedem. F’dan l-eżerċizzju ntalbu rapporti ta’ esperti u ma ttieħdet l-ebda  deċiżjoni.  Ir-reviżjoni tal-istrateġija se ssir b’diskussjoni wiesgħa. 

Fl-aħħarnett, il-Gvern jassigura li, bħal maġara s’issa fir-riforma ta’ skart separat, kwalunkwe bidla ssir b’konsultazzjoni sħiħa mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali  u l-entitajiet kollha kkonċernati. F’dan l-istadju, li jista’ jingħad hu, li sal-lum, l-ebda miżura ġdida fl-immaniġġjar tal-iskart ma mponiet spejjeż addiżżjonali fuq id-djar jew il-Kunsilli Lokali tagħna.
Danil-prinċipju l-Gvern jemmen li għandu jkompli jiġi applikat. Il-Gvern irid joħloq sistema fejn dawk il-kunsilli lokali li jgħollu l-miri tagħhom ta’ skart separat, ikunu inċentivati finanzjarjament.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow