Left arrow Go Back

Seminar Nazzjonali dwar ĠemellaġĠ Elettroniku

PR1807
Date Icon 25/11/2008
Numru ta’ għalliema minn skejjel Maltin uTaljani l-ġimgħa li għaddiet iltaqgħu f’Malta biex iddiskutew diversi proġetti ta’ ġemellaġġ elettroniku u biex isiru jafu aktar dwar portal għall-ġemellaġġ elettroniku.  Din il-laqgħa saret fuq inizjattiva tad-Direttorat għall-Kwalita’ u li Standards fl-Edukazzjoni.
F’diskors li għamel fil-ftuħ tal-konferenza,Raymond J. Camilleri, Direttur responsabbli mill-Kurrikulu u t-Tagħlim Elettroniku f’dan id-Direttorat qal li bħalissa l-edukazzjoni għaddejja minn żminijet interessanti mhux biss f’pajjiżna imma anke f’pajjiżi Ewropej oħra.
F’Malta b’mod partikolari l-qasam edukattivgħaddej minn riforma importanti bit-tnedija tad-Dokument ta’ Konsultazzjoni dwar il-Mixja mill-Primarja għas-Sekondarja bl-iskop li t-tfal kollha jmorru aħjar.  L-iskop ewlieni tad-dokument hu li jneħħi l-istreaming fl-iskejjel tagħna, b’mod li jonqos l-istress minn fuq it-tfal u l-ġenituri tagħhom u ma nibqgħux nittimbraw lit-tfal minn eta’ żgħira.  Id-Dokument jipproponi li l-mixja mill-primarja għas-sekondarja ma ssirx permezz ta’ eżami selettiv iżda b’eżami ta’ tmiem il-primarja u assessjar kontinwu tal-istudenti.
Dalwaqt se jkun imniedi wkoll dokument lijiffoka fuq il-kisba ta’ kompetenzi bażiċi bħalma huma l-literacy u numeracy fil-livell primarju filwaqt li lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla se jkun ippublikat il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali.  Barra minn dan id-Direttorat qed jaħdem ukoll biex is-sena d-dieħla jkollu bażi għat-Tagħlim Elettroniku.
Dawnil-proġetti huma lkoll marbuta flimkien u biex iseħħu u jkollhom suċċess, hemm bżonn l-impenn ta’ kull min b’xi mod u f’livelli differenti hu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom. B’hekk biss inkunu nistgħu noffru edukazzjoni ta’ kwalita’ lil kulħadd kif jitolbu l-prinċipji tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.
Raymond Camilleri fisser li l-portaltal-ġemelleġġ elettroniku joffri opportunita’ lil min jidħol fih li jkun parti minn xibka ta’ kulleġġi mhux biss fuq bażi lokali imma fuq bażi mifruxa mal-Ewropa kollha; li sal-lum diġa’ hemm madwar 200 skola imsieħba fih.  Dan jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn diversi persuni u skejjel li allura jkunu jistgħu jitgħallmu minn xulxin, jaqsmu informazzjoni u esperjenzi u jiffamiljarizzaw flimkien. Dan kollu joffri vantaġġi kbar, li min hu f’dan il-portal, diġa’ beda jesperjenza.
BiexMalta tibqa’ għaddej f’ekonomija globalizzata li hi karatterizzata minn tibdil teknoloġiku mgħaġġel, hemm bżonn li nagħmlu sforz biex intejjbu l-ħiliet elettroniċi tal-għalliema u l-istudenti tagħna.  Il-Gvern investa bil-kbir biex jara li dawn il-miri jintlaħqu. Infatti din is-sena, l-għalliema kollha ngħataw laptopcomputer,  fl-iskejjel tpoġġew għadd ta’ computers ġodda, waqt  li l-għalliema kollha ngħataw taħriġ biex jagħmlu l-aħjar użu minn din l-għodda li ngħatatilhom.
Issahi r-responsabbilta’ ta’ kull għalliema li jagħmel użu sħiħ u effettiv minn dawn il-laptops.  Fadal isir biss xi xogħol ta’ infrastruttura marbut mal-konnettivita’ iżda diġa’ qed issir ħidma qawwija biex anke din il-problema tissolva.
Is-Sur Camilleri saħaq li l-lum aktar minn qattqabel l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema sar ħaġa kruċjali.  L-għalliema kollha jridu jaċċettaw li jħaddmu pedagoġija ta’ ħiliet differenti.  L-għalliema jridu jirrealizzaw li ma jistgħax ikollna mudell wieħed ta’ tagħlim li jgħodd għat-tfal kollha jekk irridu li dawn ilkoll jimxu ‘l quddiem. It-tagħlim elettroniku jista’ jkun ta’ fejda f’dan ir-rigward.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow