Il-Kunsilli Lokali kollha ta’ Għawdex jiffirmaw l-Aalborg Charter
PR1805
24/11/2008
L-erbatax-il Kunsill Lokali kollha f’Għawdex il-bieraħ iffirmaw l-Aalborg Charter fejn ikkommettew ruħhom li jippjanaw flimkien il-prijoritajiet tagħhom fuq ir-riżorsi, il-kapaċitajiet u l-aspirazzjonijiet li l-lokalitajiet tagħhom joffru. L-iskop ta’ l-Aalborg Charter huwa l-iżvilupp sostenibbli ta’ lokalitajiet filwaqt li tħeġġeġ lil-lokalitajiet biex jissieħbu huma wkoll fi proċessi ta’ Agenda Lokali 21 tal-UE. Aktar informazzjoni dwar l-Aalborg Charter tista’ tinkiseb minn din il-website: http://ec.europa.eu/environment/urban/aalborg.htm
| Is-suċċess ta’ dan ic-Charter huwa bbażat fuq | miri li jistgħu jintlaħqu b’timeframes speċifiċi u bi strateġiji lokali sabiex il-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli li fiħ jinkorpora l-prinċipji tas-sussidjarjeta’ u s-solidarjeta’ jitwettqu. |
| Permezz ta’ din ir-rattifika min-naha | tal-Kunsilli Lokali, huma qeghdin jaqblu li flimkien jippromwovu l-lokalitajiet sostenibbli, u m’għandhomx jinvolvu ruħhom biss fit-tisbiħ tal-lokalita’ tagħhom jew f’aspetti ta’ xogħol infrastrutturali, tindif u xogħol strutturali biss, imma għandhom ukoll jinkorporaw fihom il-kunċett soċjali u ambjentali u anke l-valuri lokali, użanzi u tradizzjonijiet li jifformaw l-identita’ lokali tagħhom. |
| Din l-attivita’ saret fuq inizjattiva | tas-Segretarjat Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor. Dr. Chris Said, tkellem dwar il-fatt illi l-kunsilli lokali kollha f’Ghawdex inghaqdu flimkien biex jaghtu hajja lil din l-inizjattiva totalment gdida. |
| Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono | saħqet dwar il-fatt li b’mod unanimu l-kunsilli lokali kollha ta’ Għawdex, ser jipparteċipaw f’dawn l-inizjattivi li joħorġu minn dan iċ-Charter. |
| Id-diskorsi tal-Ministru Debono kif ukoll | tas-Segretarju Parlamentari Chris Said isegwu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984