IL-FONDAZZJONI OASI TIPPREMJA LIL ŻAGĦŻUGĦ MILL-BIRGU
PR1804
24/11/2008
| Arthur Demarco, żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Birgu, | ġie maħtur ambaxxatur taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għas-sena 2008, waqt ċerimonja li saret f’Għawdex u li ġiet mtella’ mill-Fondazzjoni OASI. Dan l-unur jiġi mogħti kull sena waqt ċerimonja annwali li tfittex li tagħti għarfien għas-sehem qawwi taż-żgħażagħ fil-qasam tal-volontarjat u anke biex tipproġetta immaġini pożittiva taż-żgħażagħ ta’ żminijietna. Il-Fondazzjoni OASI ilha torganizza l-Premju Zagħżugħ/a tas-Sena għal dawn l-aħħar sittax-il sena u għaliha tilqa’ nominazzjonijiet għal żgħażagħ ta’ bejn is-sittax u d-disgħa u għoxrin sena. Din is-sena kien hemm disa’ nominazzjonijiet eliġibbli li kollha ġew mogħtija trofew bħala rikonoxximent tax-xogħol volontarju li jwettqu fi ħdan diversi għaqdiet f’Malta u Għawdex. Arthur Demarco ġie nnominat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu fejn tispikka l-ħidma ta’ dan iż-żagħżugħ f’bosta għaqdiet ta’ din il-belt. |
| Il-Fondazzjoni OASI, taħdem b’mod speċjali biex | tgħin lil dawk li waqgħu f’xi vizzju fosthom l-alkol u d-droga. Iżda l-ħidma ta’ din il-fondazzjoni tfittex ukoll li tgħallem permezz ta’ edukazzjoni preventiva kemm fost it-tfal u żgħażagħ, kif ukoll f’ambjenti adulti. Din il-fondazzjoni tiddependi wkoll minn donazzjonijiet u xogħol volontarju biex tkun tista’ tkompli twettaq ix-xogħol impenjattiv u utli tagħha b’risq is-soċjeta’ Maltija u dik Għawdxija. |
| Waqt serata mtella’ għall-okkażjoni, li kienet | preseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, tkellem il-fundatur u direttur tal-Fondazzjoni OASI, ir-Rev. Dun Manwel Cordina. Huwa tkellem dwar l-isfidi kontinwi li rridu negħlbu biex liż-żgħażagħ ta’ pajjiżna narawhom minn perspettiva rejali u pożittiva u b’hekk jintrebaħ in-negativiżmu. Fr Cordina żied jgħid li hija ħaġa tajba li ż-żgħażagħ ikunu edukati iżda stqarr illu huwa s-sens altruistiku li joħroġ mill-volontarjat li jnissel sens ta’ responsabilta’ fiż-żgħażagħ biex dawn ikunu membri denji tas-soċjeta’ ta’ illum u ta’ għada. |
| Tkellmet ukoll il-Ministru għal Għawdex, l-Onor | Giovanna Debono, fejn wara li ferħet liż-żgħażagħ finalisti ta’ dan il-premju għal din is-sena, semmiet ukoll lil mijiet ta’ żgħażagħ oħrajn li permezz tax-xogħol volontarju f’ħafna oqsma, jagħtu kontribut siewi lis-soċjeta’. Il-Ministru għal Għawdex faħħret ukoll l-impenn ta’ dawk kollha involuti fil-Fondazzjoni OASI, li biex xogħol tagħhom fost dawk li għandhom problemi kif ukoll bit-tagħlim li jwassal għal prevenzjoni, qegħdin jixdhu b’mod konkret li l-ħajja hija verament sabiħa, kif jixhed ukoll il-motto tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984