Left arrow Go Back

IL-FONDAZZJONI OASI TIPPREMJA LIL ŻAGĦŻUGĦ MILL-BIRGU

PR1804
Date Icon 24/11/2008
Arthur Demarco, żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Birgu,ġie maħtur ambaxxatur taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin għas-sena 2008, waqt ċerimonja li saret f’Għawdex u li ġiet mtella’ mill-Fondazzjoni OASI. Dan l-unur jiġi mogħti kull sena waqt ċerimonja annwali li tfittex li tagħti għarfien għas-sehem qawwi taż-żgħażagħ fil-qasam tal-volontarjat u anke biex tipproġetta immaġini pożittiva taż-żgħażagħ ta’ żminijietna. Il-Fondazzjoni OASI ilha torganizza l-Premju Zagħżugħ/a tas-Sena għal dawn l-aħħar sittax-il sena u għaliha tilqa’ nominazzjonijiet għal żgħażagħ ta’ bejn is-sittax u d-disgħa u għoxrin sena. Din is-sena kien hemm disa’ nominazzjonijiet eliġibbli li kollha ġew mogħtija trofew bħala rikonoxximent tax-xogħol volontarju li jwettqu fi ħdan diversi għaqdiet f’Malta u Għawdex. Arthur Demarco ġie nnominat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu fejn tispikka l-ħidma ta’ dan iż-żagħżugħ f’bosta għaqdiet ta’ din il-belt.
Il-Fondazzjoni OASI, taħdem b’mod speċjali biextgħin lil dawk li waqgħu f’xi vizzju fosthom l-alkol u d-droga. Iżda l-ħidma ta’ din il-fondazzjoni tfittex ukoll li tgħallem permezz ta’ edukazzjoni preventiva kemm fost it-tfal u żgħażagħ, kif ukoll f’ambjenti adulti. Din il-fondazzjoni tiddependi wkoll minn donazzjonijiet u xogħol volontarju biex tkun tista’ tkompli twettaq ix-xogħol impenjattiv u utli tagħha b’risq is-soċjeta’ Maltija u dik Għawdxija.
Waqt serata mtella’ għall-okkażjoni, li kienetpreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, tkellem il-fundatur u direttur tal-Fondazzjoni OASI, ir-Rev. Dun Manwel Cordina. Huwa tkellem dwar l-isfidi kontinwi li rridu negħlbu biex liż-żgħażagħ ta’ pajjiżna narawhom minn perspettiva rejali u pożittiva u b’hekk jintrebaħ in-negativiżmu. Fr Cordina żied jgħid li hija ħaġa tajba li ż-żgħażagħ ikunu edukati iżda stqarr illu huwa s-sens altruistiku li joħroġ mill-volontarjat li jnissel sens ta’ responsabilta’ fiż-żgħażagħ biex dawn ikunu membri denji tas-soċjeta’ ta’ illum u ta’ għada.
Tkellmet ukoll il-Ministru għal Għawdex, l-OnorGiovanna Debono, fejn wara li ferħet liż-żgħażagħ finalisti ta’ dan il-premju għal din is-sena, semmiet ukoll lil mijiet ta’ żgħażagħ oħrajn li permezz tax-xogħol volontarju f’ħafna oqsma, jagħtu kontribut siewi lis-soċjeta’. Il-Ministru għal Għawdex faħħret ukoll l-impenn ta’ dawk kollha involuti fil-Fondazzjoni OASI, li biex xogħol tagħhom fost dawk li għandhom problemi kif ukoll bit-tagħlim li jwassal għal prevenzjoni, qegħdin jixdhu b’mod konkret li l-ħajja hija verament sabiħa, kif jixhed ukoll il-motto tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow