AZZJONIJIET TA’ INFORZAR FIL-KONFRONT TA’ KUNTRATTUR FIN-NAXXAR
PR1803
24/11/2008
| Dalgħodu uffiċjali tad-Diviżjoni Proprjeta’ | tal-Gvern għamlu azzjonijiet ta’ infurzar fil-konfront ta’ kuntrattur fin-Naxxar, li kien qed juża għalqa tal-Gvern biex jaħzen inġenji u affarjiet oħra, mingħajr jedd jew titolu fuq l-art. |
| Il-Kummissarju tal-Artijiet ħareġ ordni ta’ | żgumbrament fil-konfront tal-kuntrattur iżda dan ippreżenta talba għal ħrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti, liema talba ġiet miċħuda mill-Qorti nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru. Dan il-mandat ma intlaqax għar-raġuni illi fih il-kuntrattur qal illi kellu drittijiet fuq l-art, liema drittijiet irriżulta li ma għandux. |
| Riżultat ta’ dan, il-GPD dalgħodu għamlet | azzjonijiet ta’ infurzar li jinkludu l-iżgumbrament tal-art mill-affarijiet tal-kuntrattur, għall-ispejjeż tal-istess kuntrattur. Dawn il-passi min-naħa tal-GPD wasslu ukoll biex il-kuntrattur fl-aħħar jumejn neħħa minn jeddu, inġenji u affarjiet oħra li kienu qed jingumbraw il-post. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984